Nidgħi!

Patri Mario Attard OFM Cap

Bħalissa tgħidx x’inhu nieżel! Kulfejn immorru dejjem bis-sħana tiġri magħna! Imma mhux aħjar jekk ngħidu li qiegħdin ngħixu fi sħana kbira?

L-istorja tmur lura għall-ewwel snin tiegħi f’Mater Dei. Kont spiċċajt lejl iebes ta’ ħidma fl-Isptar. Madankollu kien lejl mimli barka. L-għaliex il-Mulej il-meravilji tiegħu ma jkun jafhom ħadd. Għajr il-qtajja’ bla għadd ta’ anġli u qaddisin għalenija miegħu! Mela naħseb li jafhomx xi ħadd hux? Ħeqq, xejn xejn dawk għandhom kameras akbar minn tagħna! X’taħsbu? Continue reading Nidgħi!

Oħtna l-art tipprotesta …

Oħtna l-art tipprotesta għall-ħsara li nġibulha, meta nħaddmu b’mod irresponsabbli u nabbużaw mill-ġid li Alla għanieha bih.  Trabbejna naħsbu li aħna s-sidien u ħakkiema tagħha, bil-jedd li nħarbtuha kif irridu.  Il-vjolenza li hemm fil-qalb tal-bniedem miġruħ mid-dnub tidher ukoll fis-sintomi ta’ marda li tinħass fil-ħamrija, fl-ilma, fl-arja u fil-ħlejjaq ħajjin. Continue reading Oħtna l-art tipprotesta …

X’għandek? X’int imħasseb?

Patri Mario Attard OFM Cap

Innutatni dieħel ħdejn il-pazzjenti. Qdejthom minn qalbi. Imbagħad ħarġet u ġiet issibni. Għall-ewwel ħasdittni. Imma ferħittni. Għaliex sensittiva għall-bżonnijiet tal-proxxmu!

“X’għandek Patri? X’int imħasseb?” Il-mistoqsijiet tagħha mimlija mħabba daħlu f’qalbi. Apprezzajthom. Kelli bżonnhom! “Int taf kif jaħdem kompjuter meta jkollu xi tlett programmi għaddejjin f’daqqa? Kif il-lembut idur u jgħaqad?” Tbissmet. Ħadt ir-ruħ. L-għaliex issa bdiet tifhem x’kont se ngħidilha. “Immaġina,” weġibtha. Ikollok mat-tlett affarijiet f’moħħok x’se tagħmel. Bilfors li tinkwieta xi naqra hux biex tara kif se tlaħħaqhom.” “Veru Patri!” weġbitni. “Għandek raġun! Imma peress li int dejjem tistaqsina kif aħna issa kien imiss lili biex nara kif int”. Continue reading X’għandek? X’int imħasseb?

Ir-rgħajja għandhom jisimgħu aktar u jitkellmu anqas

Il-Ħamis, 25 ta’ Ġunju 2015. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta

In-nies tinduna meta ragħaj ikun nieqes mill-koerenza li ttih l-awtorità.  Din kienet waħda mill-osservazzjonijiet li għamel dalgħodu l-Papa Franġisku waqt l-omelija fid-Dar Santa Marta.  Franġisku tkellem dwar id-differenza bejn il-predikaturi veri u l-‘profeti foloz’. Continue reading Ir-rgħajja għandhom jisimgħu aktar u jitkellmu anqas

It-triq tan-nofs

Patri Mario Attard OFM Cap

Kont naħseb li hija kwistjoni biss tar-raġuni! Issa meta qallibt ftit intbaħt li anki l-fidi titħaddet dwarha. U skantajt. Naħseb ikun aħjar jekk nagħtikom is-sors fejn sibt dan li se naqsam magħkom illum.

Darba San Piju tal-Pjagi qal hekk: “Irridu inkunu nafu kif se nafdaw. Hemm il-biża’ ta’ Alla u l-biża’ ta’ Ġuda. Ħafna biża’ iġiegħel lil xi ħadd jaħdem mingħajr imħabba. Filwaqt li l-kunfidenza żejda ma tħalliniex nikkunsidraw il-periklu li għandna nissuperaw”. Continue reading It-triq tan-nofs

Il-Familja. Familja Miġruħa I

23. Katekeżi dwar il-Familja mill-Papa Franġisku. 24 ta’ Ġunju 2015

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Fl-aħħar katekeżi tkellimna dwar il-familja li ġġarran id-dgħufija tal-qagħda umana, il-faqar, il-mard, il-mewt. Il-lum sa nirriflettu fuq il-ġrieħi li jinfetħu sewwa sew fi ħdan il-konvivenza familjari. Jiġifieri, meta fil-familja nfisha nweġġgħu lil xulxin. L-ikreh ħaġa! Continue reading Il-Familja. Familja Miġruħa I

L-Omelija fl-okkażjoni tal-festa tat-twelid ta’ San Ġwann il-Battista

Il-Ħadd 21 ta’ Ġunju 2015: L-Arċisqof Charles J. Scicluna iċċelebra Quddiesa Pontifikali fl-okkażjoni tal-festa tat-twelid ta’ San Ġwann il-Battista, fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Continue reading L-Omelija fl-okkażjoni tal-festa tat-twelid ta’ San Ġwann il-Battista