Il-familja f’pajjiżna llum

Print Friendly, PDF & Email

Dawn huma wħud mid-domandi li permezz tagħhom, il-Konferenza Episkopali tal-Isqfijiet Kattoliċi tal-Ingilterra u ta’ Wales qed jistaqsu għall-opinjoni tal-publiku dwar il-familja. Faċilment nistgħu nistaqsuhom ukoll f’pajjiżna.

  1. X’inhu l-ferħat u t-tamiet tiegħek għall-ħajja tal-familja llum?
  2. X’inhuma d-diffikultajiet u l-biżgħat tiegħek għall-ħajja tal-familja llum?
  3. Kif nistgħu nifhmu aħjar iż-żwieġ bħala sejħa jew vokazzjoni?
  4. Iż-żwieġ tiegħek, kif jagħmlek aħjar?
  5. Il-familja tiegħek kif qed ittejjeb lil dawk ta’ madwarek?
  6. Bl-għaqda tagħha ma’ Alla, il-familja tiegħek kif qed tkun melħ tal-art, dawl għad-dinja, u post li minnu tkun imwassla l-fidi?
  7. Għandek kummenti oħra dwar il-familja?

Inti għandek opinjoni dwar dan id-domandi?  Napprezzaw jekk tiktbilna l-kummenti tiegħek hawn taħt. 

9 thoughts on “Il-familja f’pajjiżna llum”

  1. Il-Familja illum trid tikkonċentra fuq valuri li jibqgħu, xi ħaġa li disgrazzjatament dawk fit-tmexxija qed iwarbu u jagħtu l-idea li l-valur tal-flus huwa kollox! Alla veru hu alla ta’ Ġesù Kristu li wegħdna li min jemmen fih ikollu l-Ħajja.
    Il-biżgħat tiegħi huwa li l-ġenituri għandhom ħin għal kollox barra għat-talb u l-quddies. Eżempju jekk it-tfal iridu jwasluhom għat-training tan-nurseries, għall-mużika, għaż-żfin, għad-drama…..atc…..ok; im ma għall-quddiesa jew funzjoni reliġjuża insibu diffikultà.
    Irridu nammettu wkoll li illum il-ġenituri ma jistgħux ma jaħdmux biex ilaħħqu. Irridu nemmnu li kull stat ta’ ħajja fih id-diffikultajiet tiegħu, ikun xi jkun. Mela mhijiex soluzzjoni li inbidlu d-definizzjoni ta’ familja u nagħtu definizzjoni differenti minn dik li tana Alla li r-raġel iħalli lill-missieru u lill-ommu u jingħaqad ma martu għall-gwadann ta’ vori; xiri ta’ voti!!
    Dejjem ibbażajt iż-żwieġ tiegħi fuq l-imħabba u l-providenza ta’ Alla; anke jekk rabbejna ħamest itfal li llum ilkoll ħadu l-istat tagħhom. Qatt ma ddisprajt u waħħalt f’Alla jew fil-Knisja meta inqala xi ħaġa; anke meta ma ktibtx il-ħames numri tas-superf 5 u telgħu kollha; xi ħaġa li ġratli verament. Dejjem emmint li hemm xi ħaġa merfugħa aħjar għalina. Nitkellmu pożittiv fuq xulxin.
    Bl-umiltà kollha ngħidlek li iva għax iktar milli bil-paroli, huwa l-eżempju li jkaxkar li jarawk mhux devot bħal meta tasal xi festa tad-duluri imma jarawk konvint f’dak li temmen. Il-mixja tagħna hija proċess kontinwu u allura min jarak irid iqajjem kurżità fih li jsaqsi: Imma dawn għaliex hemm fihom din il-konvinzjoni? Permezz tad-difiża tal-fidi fuq facebook u argumenti li jkun hemm kontra l-Knisja.
    Hemm bżonn nitkellmu iktar mhux fuq il-problemi tal-familja imma fuq is-sbuħija taż-żwieġ; fuq li nisimgħu lil xulxin; fuq li nittolleraw lil xulxin; fuq is-sense of humour li ngħixu flimkien; fuq is-sapport ta’ xulxin fil-bżonn ta’ xulxin…….Il-familja mibnija fuq it-tagħlim ta’ Kristu hija l-familja ideali tallum.

  2. 1. X’inhu l-ferħat u t-tamiet tiegħek għall-ħajja tal-familja llum? – Bhala mizzewgin u ghanda t-tfal kellna ferh meta tfal temmew l-istudju taghhom b’success. Nifirhu meta naraw l-ghaqda bejn l-ulied. Nittamaw li kemm jekk jibqghu dar jew jekk jiehdu l-istat taghhom jibqghu unjoni. Nibqghu familja. Nittamaw li l-valuri nsara jibqu` ipprattikati fil-familji taghna.

    2. X’inhuma d-diffikultajiet u l-biżgħat tiegħek għall-ħajja tal-familja llum? – Il-mentalita` taz-zmien li fih qed nghixu, stili ta’ hajja u idejat, sar kollox xejn mhu xejn. Thoss diffikulta meta trid tghid l-uliedek li ma taqbilx maghhom li jmorru vaganza mal-‘boyfriend’ jew kif jinterpretaw il-fidi ghal gurnata tal-lum. Thoss biza` meta uliedek irridu jinaghqdu fiz-zwieg ma persuni ta’ twemmin ta’ religjonijiet differenti. Bhala genituri li tfal izzewgu thabbat wiccek ma: Meta tara li rabbejtom jiprattikaw il-fidi taghhom u issa jghidulek issa zmien iehor. Meta thoss nuqqas ta’ sahha biex tiehu hsieb in-neputijiet, sakemm uliedhekk jigu mix xoghol. Trid tehodhom id-dutrina, forsi l-quddies. Meta uliedek mizzewga jibdew jiffaccjaw inkwiet matrimonjali
    Meta hemm separazzjoni fiz-zwieg ta’ uliedek kif sa tibqa’ thares lejn in-nisa jew irgiel ta’ uliedek. U kif l-imhabba lejn in-neputijiet trid tkun nadifa biex izzommhom il-boghod milli jsiru jobodu lil xi hadd mill-genituri

    3. Kif nistgħu nifhmu aħjar iż-żwieġ bħala vokazzjoni? – Zwieg = ghotja = Sagrificcju. Il-vokazzjoni taz-zwieg hi ghazla libera ta’ zewg persuni mill-gibda taghhom lejn xulxin li tinbidel f’imhabba u li fiz-zwieg issir ghotja lil xulxin. Fil-hajja taz-zwieg trid tfhem li int sirt ghotja bis-sagrificcji li l-imhabba iggib maghha. Jekk il-koppja tipprepara ghal ghazla li sa tidhol ghaliha, l-imhabba taghlmek hafna kif tahder, tahfer, tissaporti, u ma tkunx egoist. Jekk jien nifhem iz-zwieg vera xi jfisser lanqas biss jaddili minn mohhi biex noqod inkejjel x’se naghti jew x’sa niehu. Meta qed nitkellem minn zwieg vokazzjoni qed u ghandi nifhem zwieg fil-Knisja. Bl-ghajnuna tas-sagrament taz-zwieg, kif Kristu ntrabat mal-Knisja li jkun maghha ghal dejjem anka jekk iqumu l-irwiefen kontra taghha, hekk jien ukoll nidholl f’din l-ghaqda ghall-dejjem bis-sagrifficcji li ggib maghha. Meta jinqala l-bzonn lesti li naghmlu s-sagrifficcju?

    4. Iż-żwieġ tiegħek, kif jagħmlek aħjar? – Fiz-zwieg issir persuna li trid tahseb f’haddiehor, ghalhekk l-egoismu jonqos min hajtek. Fiz-zwieg il-koppja trid titghalem tisma`, hekk zgur li kulhadd jghix f’iktar armonija. Li tghix ma pesuna b’edejat differenti u gejja b’kultura differenti minn tieghek, trid titaghlem tiehu pacenzja u titollera. L-egoizmu hu attegjament li ma jridx issib postu bejn il-koppja mizzewga.

    5. Il-familja tiegħek kif qed ittejjeb lil dawk ta’ madwarek? – Billi tkun ta’ ghajnuna fil-komunita`. Bir-rispett li nuri mad-daghjef u lil min hu fil-bzonn. L-ezempji tajbin u bill-prattika tas-sagramenti.

    6. Bl-għaqda tagħha ma’ Alla, il-familja tiegħek kif qed tkun melħ tal-art, dawl għad-dinja, u post li minnu tixtered il-fidi? – Bis-sahha mis-sagramenti l-familja turi li l-hajja nisranija ghadu zmiena l-lum ukoll, ghax in-nisrani li jimxi fuq il-kelma ta’ Alla jghix verament ta’ nies. Kulhadd issib xi kurrent kontra tieghu, hu hawn fejn issarraf il-fidi. L-ostakoli u disgwid li jistghu jinqalghu, it-tlugh u l-inzghul kollha jdubu jekk il-familja izzomm maghquda flimkien ma Alla. Il-familja taghna tipprova tkun sinjal u strument ta’ l-imhabba t’Alla kemm fuq il-post tax-xoghol, post tad-divertiment jew il-knisja.

  3. Jiena nemmen li llum bħal kull żmien ieħor, il-familja għaddejja minn hafna problemi. Jekk in-nanniet u l-genituri taghna kif ukoll tant familji llum, żammew il-familja taghhom maghquda, dan ma jfissirx li ghalihom kollox kien ward u zahar. Ilkoll ghamlu hilithom u batew, min mod u min mod iehor biex iżommu l-ghaqda fil-familja. Żgur li dawn il-familji kellhom arma komuni – fiduċja kbira f’Alla permezz tat-talb. Ħaġa żgura llum hi, li fil-familji taghna naqas it-talb – lil Alla m’ghadx ghandna bżonnu. Qed inserrħu wisq fuq il-ħiliet tagħna. U dan hu żbal kbir ghax Alla kien li halaq il-familja u minghajr il-Kelma tiegħu se niżbaljaw żgur. Xi drabi meta naraw familja maghquda u migbura, li lil Alla jaghtuh l-ewwel post, minghajr ma trid tghid “dik familja eżemplari; dawk sew!” Mela ghalkemm minghajr trombi, dik il-familja hi melh tal-art u dawl ghad-dinja. Iż-żwieġ hu vokazzjoni fejn kull membru ghandu jimpurtah mill-membri l-oħra u kull wieħed b’ħafna mħabba, għandu jagħmel minn kollox biex itejjeb l-attitudni tal-oħrajn.

  4. The church has to give attention to families that suffer the loss of one of the parents at a young age – under 50 -, often leaving small children behind them. In Malta this happens about 40 times if I am right (the statistics provide the average figure). In all this discussion such a bereaved one parent family is left out and the state throws these with single young mothers!

    The concept that a family is constituted by a father and mother and children is at most naïve: some cannot have children, some are left hanging when a parent leaves, some have a parent so engaged in his/her work or hobby that the rest of the family is effectively abandoned, etc, etc

    It is all very well to talk of good behaviour in the ideal family!!

  5. Familja li titlob flimkien tkun maqghuda aktar. Igifieri li t-talb ghandu jkun it-tmun li jwassal il-familja, ghall-imhabba, ghaqda, tollerenza u ftehim bejn il-membri tal-familja. Jekk il-familji jkunu b’sahhithom, mela allura jkollna socjeta b’sahhita, izda din sfortunatament qeda titkisser sew bl’introduzzjoni taz-zwieg bejn il-gays bid-dritt li jistghu ikollhom u jrabbu it-tfal. Is-socjeta ma tistax tkun mibnija fuq zwiegijit bejn ragel u mara u zwiegijiet bejn persuni ta’ l-istess sess. Bhalissa qed nghixu f’ socjeta ghajjiena u mkissra. F’ghoxrin, tletin sena ohra kif se tkun is-socjeta, anzi id-dinja b’dan it-tahlit ta’familji. Illum, nista nghid li l-.familji qeghdin f’periklu kbir immens tant li z-zwieg bejn ragel u mara lanqas jibqa jezisti.

  6. Dwar l-ahhar kumment ta’ Amanda dwar il-Knisja, mhemmx il-Moviment ta’ Kana u l-korsijiet u laqghat li jaghmlu?

  7. Qrajt id-domandi filghaxija stess qabel dhalt norqod u qajjmu fija hafna domandi ohra. Ghal dawn tieghek ma ghandix twegiba, u nahseb li lanqas ghal dawk tieghi.

    Izzewwigt kont ghadni studenta l-Universita’ ghax student iehor genninni warajh. Mhux qed nipprova nwahhal fih, ghax kien tort tieghi. Kont ghamja. Hu kien akbar minni 6 snin. Izzewwigna kontra l-parir ta’ ommi. Missieri kien jghidilha biex thallini fil-liberta. Illum hu tabib, imma jiena waqaft nofs kors. Jien ridt it-tfal, hu ma riedx. Kien jghidli, “Mhux ghalissa” U mnalla kien hekk ghax ftit wara intbaht li kellu ohra. Halla lili u mar maghha.

    Kienet trawma li qatt ma hrigt minnha. Ommi u missieri laqawni lura u ippruvaw jghinuni, bl-appogg taghhom, imma minflok ghenu lili kissirt lilhom. Missieri miet sentejn biss wara u sena warajh mietet ommi. Illum ghadni nghid li qtilthom jiena bl-inkwiet tieghi. Qatt ma kont kapaci nfittex ghajnuna. Darba kellimt qassis li qalli noffri t-tbatija tieghi ghall-familji mkissra, imma ghalija dak ma kienx ta’ ghajnuna.

    Fil-bidu bqajt immur il-quddies tal-Hadd minhabba fihom. Meta mietet ommi waqft immur, illum immur biss ghax xi funeral. Tigijiet nahrabhom.

    Ghalija u ghal dawk li huma bhali, id-domandi tieghek huma huma superficjali. Minflokom ghandi domandi ohra.

    a. Xi thejjija tatni l-knisja lili, minkejja li qabel kont immur il-quddies regolari u kont f’ghaqda tal-knisja?

    b. X’ghajnuna sibt mill-knisja meta grali dak li grali? Veru jiena ma fittixthiex l-ghajnuna, imma min ikun f’dak l-istat li kont jiena, ma jkollux wicc u hila jitlob ghajnuna.

    c. Ma jmissux hemm fil-knisja xi haga li kazijiet bhal dan tieghi tintebah bihom u tidhol biex tghin?

    Illum inhoss li l-knisja mohha biss fil-quddies u l-priedki. Forsi mhux qed inkun fair ghax naf li jsiru hafna affarijiet ohra. Imma ghalija l-knisja, meta kelli bzonnha ma kienetx hemm.

  8. Ahjar staqsejtu jekk zwieg u familja fadalx zmienom. La andna bzonnom biex inhobbu lil xi mara u lanqas biex ikolna t-tfal. Allura ghalfejn nizzewweg?

  9. 1. Il-ferh tieghi huwa f’uliedi. It-tama tieghi f’Alla BISS.

    2. dwar diffikultajiet u biza, ma nafx mnejn nibda. Forsi l-akbar wahda hija l-forom differenti tat-taparsi familji li ma huma familji xejn.

    3. Jekk ahna nsara, allura nitilqu mill-kelma t’Alla. bilfors.

    4. nghixu mill-ahjar li nista, minkejja d-difetti tieghi, f’ghaqda shiha ma’ marti, uliedi u fuq kollox ma’ Alla. Mhux li jien xi qaddis. Imma nipprova li nista’

    5. Nittama f’Alla. U anke huma jtejjbu lilna.

    6. Ma nafx. Il-Mulej biss jaf. Imma nixtieq.

    7. Jekk ma nitolbux ghall-familja, uliedna mhux se jkunu jafu x’inhi familja

Leave a Reply to Grupp ta' Nisa mic-Centru Sant' Andrija, ZabbarCancel reply

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading