Il-Familja. Familja u Mard

21. Katekeżi dwar il-Familja mill-Papa Franġisku. 10 ta’ Ġunju 2015

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Inkomplu bil-katekeżi tagħna fuq il-familja, u f’din il-katekeżi nixtieq immiss ma’ aspett komuni ħafna fil-ħajja tal-familji tagħna, dak tal-mard. Hi esperjenza tad-dgħufija tagħna, li ngħixuha l-iżjed fil-familja, sa minn ċkunitna, u mbagħad fuq kollox bħala anzjani, meta jasal il-mard tax-xjuħija. Fl-ambitu tar-rabtiet familjari, il-mard tal-persuni li nħobbu nġarrbuh b’“iżjed” tbatija u diqa. Hi l-imħabba li ġġagħalna nħossu dan l-“iżjed”. Ħafna drabi għal missier jew omm, hi aktar iebsa li jissaportu t-tbatija ta’ iben, ta’ bint, milli tagħhom infushom. Il-familja, biex ngħidu hekk, sa minn dejjem kienet l-eqreb “sptar”. Sal-lum, f’ħafna partijiet tad-dinja, l-isptar hu privileġġ għall-ftit, u spiss hu mbiegħed. Huma l-omm, il-missier, l-aħwa, in-nanniet li jiggarantixxu l-kura u jgħinu għall-fejqan. Continue reading “Il-Familja. Familja u Mard”