Issemmix divorzju!

Patri Mario Attard OFM Cap

Il-kwistjoni tad-divorzju saret parti, jew aħjar, waħda mill-punti ewlenin mhux biss tal-bullettini tal-aħbarijiet imma wkoll tat-taħdit tagħna ta’ kuljum. Kemm ilu li l-Mulej ikkonsagrani saċerdot qatt ma niftakar li suġġett ġie daqshekk mitħaddet. Nifhem l-għaliex l-aħwa. Għaliex il-Mulej li ħalaqna, u li lilu ġurnata jiena u int għad irridu nagħtu kont tal-għażliet li nkunu wettaqna fil-ħajja, qalilna ċar u tond fil-Kelma tiegħu: “‘Għax jiena d-divorzju nobogħdu’, jgħid il-Mulej, Alla ta’ Iżrael” (Mal 2, 16). Jekk trid takkużani li qiegħed inbeżżgħek bil-babaw jiena ngħidlek li hekk jgħid il-Mulej Alla f’Kelmtu. Mela, jekk tħossok tibża’ jew mhedded irranġa miegħu għax Kelmtu din mhux kelmti! Continue reading Issemmix divorzju!