Il-ħarsien tal-ambjent dmirna wkoll!

Minn Patri Mario Attard OFM Cap 

Wara li sar ir-referendum dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa huwa għaqli u f’waqtu li wieħed ifakkar mill-ġdid fl-obbligu li kull persuna, u b’mod speċjali aħna l-Insara, għandna li nħarsu l-ambjent ta’ madwarna. Ħu, ngħidu aħna, il-kwistjoni tal-bdil tal-klima.

Is-sies tal-interess Kattoliku dwar il-bdil fil-klima nsibuh imfisser f’Salm 24:1: “Tal-Mulej hi l-art u kull ma fiha, id-dinja u kull ma jgħix fiha”. Bħala tweġiba għal dan ir-rigal meraviljuż li l-Mulej tana ta’ arja nadifa, ilma li jagħtina l-ħajja, frott li ġej mill-ħsad tal-art u ikel mill-baħar aħna msejħa mhux biss li nonoraw lil Alla għal dawn il-barkiet kotrana li tana imma wkoll li nagħmlu dan billi nonoraw u nieħdu ħsieb il-ħolqien. Continue reading Il-ħarsien tal-ambjent dmirna wkoll!