Il-Ġimgħa s-Sewda

Patri Mario Attard OFM Cap 

Il-Ġimgħa 26 ta’ Ġunju. Jum li żgur m’hu se jintesa qatt. Aktar milli għall-kulur fih innifsu it-tifsira tiegħu aktar qiegħdha f’dak li seħħ f’dan il-jum ta’ swied il-qalb ta’ mewt u qerda kbira.

F’dan il-jum ikraħ seħħew ħames attakki terroristiċi fi Franza, fil-Kuwajt, fis-Somalja, fis-Sirja u fit-Tuneżija. Fl-attakk fuq ix-xtajta Tuneżina f’Sousse ġew irrappurtati mal-45 persuna mejta. Fil-belt kapitali tal-Kuwajt Kuwait City ġew maqtula mas-27 persuna fi splużjoni ta’ bomba fil-moskeja tax-Xiti. Ħafna oħrajn indarbu f’dan l-attakk. F’attakk ieħor, f’Leego District fis-Somalia 70 ruħ sfaw maqtula. Dawn kienu suldati mill-Unjoni Afrikana. 27 persuna oħra indarbu waqt l-attakk. Fi Franza raġel safa b’rasu mħanxra waqt li oħrajn sfaw midruba matul l-attakk li seħħ f’ Saint-Quentin-Fallavier. Continue reading Il-Ġimgħa s-Sewda

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni ta’ Jum il-Pulizija 2015

Il-Ġimgħa 10 ta’ Lulju 2015: L-Arċisqof Charles J. Scicluna iċċelebra Quddiesa fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fl-okkażjoni ta’ Jum il-Pulizija 2015 u l-201 sena mit-twaqqif tal-Korp tal-Pulizija.

Continue reading L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni ta’ Jum il-Pulizija 2015