Laudato Si’ – Paragrafu 36

“Biex nieħdu ħsieb l-ekosistemi hemm bżonn ta’ ħarsa li tmur lil hemm mill-immedjat, għax meta nfittxu biss il-profitt ekonomiku mgħaġġel u ħafif, ħadd ma jinteressah tassew fil-preservazzjoni tagħhom. Imma l-prezz tal-ħsara li ssir minħabba fit-traskuraġni egoistika fis-sewwa kollu hu bil-wisq ogħla mill-profitt ekonomiku li wieħed jista’ jaqla’. Meta jintilfu jew issir ħsara serja lil xi speċi, qed nitkellmu fuq valuri ogħla minn kull kalkolu. Għalhekk, nafu nsiru xhieda siekta ta’ nuqqas kbir ta’ ugwaljanza meta naħsbu li nistgħu niksbu benefiċċji importanti għax inġiegħlu lill-bqija tal-bnedmin, tal-lum u ta’ għada, iħallsu l-prezzijiet wisq għolja tat-taħsir ambjentali. Paragrafu 36 tal-Enċiklika Laudato Si’ tal-Papa Franġisku.”

Fil-Laikos – http://www.laikos.org – tista’ ssib l-Enċiklika kollha bil-Malti, flimkien ma’ bosta tagħrif dwarha.