Illum tilħaq il-qofol tagħha l-Maratona Oħloq Tbissima

Print Friendly, PDF & Email
Il-ftuħ tal-Maratona Oħloq Tbissima s-sena li għaddiet
Il-ftuħ tal-Maratona Oħloq Tbissima s-sena li għaddiet

It-tlettax-il edizzjoni tal-Maratona Oħloq Tbissima, li matulha se jinġabru flus għall-missjonijiet tas-Soċjetà Missjunarja San Pawl fil-Perù, fil-Pakistan u fil-Filippni u għad-Dar tat-Tfal San Ġużepp bdiet il-Ġimgħa b’diskorsi minn Fr Louis Mallia mssp, Fr Frankie Cini mssp, mill-Arċisqof Charles J. Scicluna u mill-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca. 

Wara, madwar 140 tifel u tifla, mill-Keith Dance Studio, żifnu għal medley ta’ mużika mill-Perù, l-Pakistan, il-Filippini u minn Malta. Fr Karm Debattista mssp flimkien ma’ Amber kantaw il-kanzunetta Oħloq Tbissima bl-arranġament il-ġdid tagħha. Il-programm kompla b’Quddiesa ta’ ringrazzjament u programm varjat.

Fil-lejl bejn il-Ġimgħa u lbieraħ u bejn is-Sibt u llum saret Quddiesa, diskussjoni, talb, kant, rużarju animat u breakfast show. Ilbieraħ filgħodu żaru l-Maratona rappreżentanti tal-Gvern u tal-Oppożizzjoni li wara sabu ħin biex jimlew hampers bl-ikel, taw messaġġ qasir u għal ftit ħin irrispondew it-telefonati.

Fid-disgħa ta’ dalgħodu se ssir Quddiesa u wara, il-kaxxi li mtlew bl-ikel jittieħdu fil-container. Fit-8.15 illejla tibda l-aħħar varjetà li twassal sat-tmiem tal-Maratona meta titħabbar iċ-ċifra li tkun inġabret matul is-60 siegħa ta’ xandir.

Matul il-Maratona fuq il-palk mat-telephones kien hemm voluntiera jieħdu t-telefonati tat-telespettaturi. Kull min jixtieq jagħti donazzjoni jista’ jagħmel dan billi jċempel 5160 2004 għal donazzjoni ta’ €10, 5170 2007 għal donazzjoni ta’ €15, 5180 2009 għal donazzjoni ta’ €25 jew jibgħat SMS fuq numru 5061 8099 għal donazzjoni ta’ €4.66.

Leave a Reply

%d bloggers like this: