Il-ġid komuni mhux il-prosperità!

Patri Mario Attard OFM Cap

Mill-5 sat-13 ta’ Lulju li għaddew Papa Franġisku wettaq id-disa’ vjaġġ appostoliku tiegħu barra mill-Italja. Din id-darba l-Provvidenza Divina ħadietu fil-pajjiżi tal-Ekwador, tal-Bolivja u tal-Paragwaj. Papa Franġisku hu l-ewwel Papa Latin Amerikan li żar dawn il-pajjiżi imbiegħda li jinsabu fin-naħa t’isfel tal-Kontinent Amerikan. Continue reading Il-ġid komuni mhux il-prosperità!

Eżattament x’irrid?

Patri Mario Attard OFM Cap

Issibhom jingħu kemm jifilħu. Inkella bis-saliva ħierġa minn ħalqhom l-għaliex dejjem irrabjati. Tiltaqa’ magħhom hemm u hawn. Dejjem negattivi. Lanqas tbissima ma tidher fuq wiċċhom. X’arja tqila iħallu warajhom! Tal-biża’!

In-nies li dejjem isibu xi ħaġa f’ħaddieħor. Qatt m’huma kuntenti b’xejn! Dejjem ibiddlu. Il-ħajja għalihom saret issa ‘l hawn u mbagħad ‘l hemm. Isibu elf difett. F’kollox u f’kulħadd. Magħhom kulħadd għandu tort! Kollox ħażin. Sistemi. Idejat. Persuni. Kollox! Barra … huma. Ma tarax! Qatt ma jiżbaljaw sieħbi. Dejjem fir-raġun! Continue reading Eżattament x’irrid?