Dun Ġużepp Camilleri bħalissa jinsab Malta. Jixtieq li leħnu jkun mismugħ permezz ta’ Leħen is-Sewwa. Fil- preżent fl-Isptar San Juan Bautista fi Gwatemala 13-il persuna Maltin u Għawdxin, ilkoll tobba u infermiera, qed iwettqu ħidma professjonali t’imħabba kbira.
Is-Sibt li għadda ġiet organizzata Ġurnata Medika għan-Nies Foqra u għenu 150 persuna. Fil-preżent jeħtieġu iktar għajnuna biex ikomplu jgħinu speċjalment fix-xiri ta’ mediċina.
Dun Ġużepp japprezza kull għajnuna biex tinxtara iktar mediċina. It-tobba u l-infermiera se jirritornaw Malta fl-aħħar ġimgħa t’Awwissu. Jekk tixtieq tkun ta’ għajnuna indirizza l-offerta tiegħek lil Dun Ġużepp Camilleri, 28 Triq San Zakkarija, Ix-Xewkija Għawdex XWK 2121 inkella lili Michael Caruana, Istitut Kattoliku, Il-Floriana FRN 1441.
Michael Caruana
Editur