Ġest baxx u insolenti

Print Friendly, PDF & Email

Karmenu Psaila minn Birkirkara, jikteb: Il-Ġimgħa 10 ta’ Lulju waqt li kont inqalleb l-istazzjonijiet tat-televiżjoni ltqajt mal-Imam u wara ftit minuti deher l-Arċisqof Charles J. Scicluna.  Skont il-ġudizzju tiegħi, l-Arċisqof  kien ċar u dritt fit-tweġibiet tiegħu għall-mistoqsijiet li għamlulu.

Meta l-Arċisqof kien qed jammira s-sbuħija tal-ambjent bit-tromba (binokulari) immedjatament flok id-dehra tal-ambjent, b’intenzjoni malizzjuża u biex jirridikulaw lill-Arċisqof, dehru nisa tista’ tgħid kważi bla ħwejjeġ u b’mossi provokanti u diżonesti.

Mal-ftit għasel li jagħti l-programm Xarabank ma jonqosx il-velenu! Daqshekk waqa’ fil-baxx dan il-programm? Daqshekk huma tajbin il-valuri ta’ Xarabank?

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading