L-ulied huma l-għeżeż teżor fil-familja

Paul Saliba

L-akbar u l-egħżeż teżor li familja jista’ jkollha huma l-ulied. Għalhekk hu obbligu ta’ dawk mgħobbija bir-responsabbiltà tat-trobbija tagħhom li jħarsu l-valuri morali ta’ dawn l-ulied biex jitilgħu ċittadini tajba u jkunu ta’ siwi, ta’ ġid u ta’ ġieħ għas-soċjetà ċivili. Continue reading L-ulied huma l-għeżeż teżor fil-familja

Biex l-ilsien Malti jibqa’ ħaj u ma jintesiex

Martin Morana bi ktieb ieħor dwar storja, kultura, tradizzjonijet u aktar

George Maggi

Bit-tiftix ma jaqta’ xejn tiegħu dwar bosta kliem u kif jingħad, Martin Morana issa seħħlu jagħtina t-tielet ktieb f’sensiela ta’ kotba li huma glossarju enċiklopediku dwar tradizzjonijiet, toponomi u termini storiċi Maltin b’dan tal-aħħar iġib l-isem Biex il-kliem ikun sew. Continue reading Biex l-ilsien Malti jibqa’ ħaj u ma jintesiex

L-ewwel ktieb bil-Malti dwar il-Beatu Romero

F’El Salvador, l-iżgħar pajjiż tal-Amerika Ċentrali, is-Sibt 23 ta’ Mejju, saret il-beatifikazzjoni tal-Arċisqof Oscar Romero li fi kliem il-Vatikanista John Allen hi meqjusa minn ħafna bħala l-iktar beatifikazzjoni importanti f’dan is-seklu.

Malta kellha sehem fiċ-ċelebrazzjoni ta’ din il-beatifikazzjoni bit-tnedija tal-ewwel ktieb bil-Malti dwar Romero, Qatlu lill-Arċisqof – Il-ġrajja ta’ Oscar Romero, l-ewwel produzzjoni ta’ Say It Publications u kitba ta’ Robert Aloisio. Continue reading L-ewwel ktieb bil-Malti dwar il-Beatu Romero

Qatt messitek xorti kbira f’ħajtek? Din ix-xorti messet lili

Dun Ġużepp Camilleri jikteb mill-Gwatemala

Xahar u nofs ilu irċevejt telefonata mingħand ir-Rettur tas-Seminarju Asuncion fi Guatemala City fejn staqsieni jekk nixtieqx infakkar il-55 sena tas-saċerdozju tiegħi mas-seminaristi. Aħbar li mlietni bil-ferħ u dritt aċċettajt l-istedina tiegħu. Continue reading Qatt messitek xorti kbira f’ħajtek? Din ix-xorti messet lili

Il-kobor taż-żgħar

It-Tabib Carmelo Palmier Cecy

Siġra kbira li għandha ’l fuq minn elfejn sena għadha qawwija u sħiħa f’wieħed mill-parks ta’ Kalifornja.

Hi tip ta’ sequoia magħrufa bħala General Sherman.

Titla’ lejn is-sħab għal iżjed minn 80 metru b’zokk li jibda b’wisa’ (dijametru) ta’ iżjed minn għaxar metri. Minkejja l-kobor tagħha, din kienet għadha daqs nitfa għall-ħabta tal-ewwel Milied u forsi ħafna qabel. U llum saret waħda mill-għeġubijiet tad-dinja. Continue reading Il-kobor taż-żgħar