CAMIGUITOS 2015


Mit-12 t’Awwissu sas-16 ta’ Settembru, 16-il lajk u lajka flimkien ma’ Fr Louis Mallia mssp se jagħmlu esperjenza fil-missjoni tas-Soċjetà Missjunarja San Pawl f’Arequipa l-Perù.

Is-sena l-oħra 27 voluntier marru u ħadmu bla heda f’żoni differenti. Din is-sena l-grupp ukoll qed jitħejja biex imur ippreparat għal dak kollu li ser jiltaqa’ miegħu. Ilu jiltaqa’ minn Jannar bil-membri qed jitgħallmu l-lingwa, jaraw u jisimgħu dwar il-missjoni u jagħmlu esperjenzi f’live in flimkien.
Huma qed jistennew bil-ħerqa li jaħdmu u jgħinu lil ħafna familji fqar u huma lesti li jiltaqgħu ma’ dawn il-familji b’imħabba u dedikazzjoni.