Il-Koppji President Mondjali u Ewropea tal-ICCF f’Malta


Il-Koppja President Mondjali u l-Koppja President Ewropea tal-Konfederazzjoni Internazzjonali tal-Familji Nsara (ICCF) se jżuru Malta bejn il-31 ta’ Awwissu u t-3 ta’ Settembru li ġej.

Kemm idumu Malta Jorge u Rosalinda u Robert u Maria Carmen Kimball se jiltaqgħu mal-Kumitat Ċentrali tal-Gruppi Familji Nsara (GFN) – fergħa ewlenija tal-Moviment ta’ Kana – u ma’ wieħed mill-Gruppi tal-GFN fil-parroċċi biex flimkien jiddiskutu l-isfidi tal-familji Maltin illum.

F’Malta huma se jkunu qed joqogħdu ma’ familji Maltin membri tal-GFN.