It-tibdil irid ikompli


L-Isqfijiet jikkumentaw pożittivament dwar Leħen is-Sewwa

L-Isqfijiet huma konxji tat-tibdil pożittiv li sar fil-kontentut u fil-prezentazzjoni ta’ Leħen is-Sewwa u huma tal-fehma li dan it-tibdil ikompli.

1. editur mal isqofLeħen is-Sewwa trid tkompli l-missjoni tagħha għax illum hi l-uniku gazzetta ta’ ispirazzjoni Kristjana fil-pajjiż. Hi l-uniku mezz li permezz tiegħu l-Knisja u l-entitajiet kollha tagħha jistgħu jwasslu b’mod stampat dak li qed jagħmlu u dak li jridu jgħidu lill-Insara.

Huma wrew il-fehma tagħhom dwar kif din il-gazzetta tista’ tkompli ttejjeb il-prodott finali tagħha u tilħaq aktar nies.

 

1. isqof grechKemm l-Arċisqof Charles J. Scicluna kif ukoll l-Isqof Mario Grech wiegħdu li se jkunu qed jagħtu l-għajnuna tagħhom biex saċerdoti djoċesani u reliġjużi, membri ta’ kongregazzjonijiet u entitajiet oħra reliġjużi kif ukoll lajċi impenjati jsostnu din il-gazzetta billi jabbonaw jew jixtruha mill-ħwienet. Filfatt, għall-ewwel darba fl-istorja tagħha, Leħen is-Sewwa bdiet tinbiegħ mingħand il-librara ewlenin fi kważi l-lokalitajiet kollha.

Dan joħroġ minn laqgħat separati li d-direzzjoni ta’ din il-gazzetta kellha mal-Arċisqof Scicluna u mal-Isqof Grech dan l-aħħar.

One thought on “It-tibdil irid ikompli

  1. Gheziez Isqfijiet taghna.
    X’inhi r-raguni li fil parrocci taghna (illum madwar sebghin wahda) Il-Lehen is-Sewwa ma tigiex irreklamata waqt il-quddies tas-Sibtijiet u tal Hdud waqt l-avvizi w tinbiegh minfuq iz-zuntier? Min irid jabbona jew jixtriha mill-ħwienet jista’ wkoll. Grazzi hafna

Comments are closed.