Fit-22 ta’ Lulju l-Fondazzjoni RISe fetħet paġna ġdida fl-istorja tas-socjetà tagħna. Dar Sister Maria Adele Baldacchino lesta biex tibda l-mixja tagħha fi proġett. Il-Fondazzoni RISe ilha dawn l-aħħar sentejn tibni l-istrutturi neċessarji għal dal-proġett. Fl-ewwel sena ħadmet fuq awareness u strutturi għall-programm residenzjali u fit-tieni sena, filwaqt li komplejna nikkonsultaw ma’ individwi, għaqdiet u organizzazzjonijiet anki barranin, żidna x-xogħol biex nirranġaw ir-residenza mgħoddija lilna mill-Gvern ħalli fiha jibda jingħata programm residenzjali għal dawk ir-residenti fil-Faċilità Korrettiva biex, sena qabel it-tmiem tas-sentenza, jibdew jippreparaw ruħhom għal meta jerġgħu jkunu fis-soċjetà. Continue reading “Riżorsa umana li pajjiżna għandu bżonn Charlie Mifsud, Chairperson Fondazzjoni RISe”