KTIEB DWAR IS-SAĦĦA MENTALI

Print Friendly, PDF & Email

Il-ktieb Bdoti fil-Maltemp li hu l-ewwel gwida bil-Malti għal dawk li qed jaffaċċjaw sfidi ta’ saħħa mentali. Il-ktieb ġie ppubblikat mill-Fondazzjoni St Jeanne Antide u mill-Assoċjazzjoni tas-Saħħa Mentali u hu intenzjonat biex jinforma u jagħti tama għall-fejqan lil persuni li qed jaffaċċjaw sfidi ta’ saħħa mentali.

27. Ktieb bdoti SC 0908Waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-Palazz San Anton il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca qalet li skont stħarriġ tal-Eurobarometer f’Malta l-livell ta’ ansjetà, stress u dipressjoni fl-2010 kien ta’ 12 fil-mija ogħla mill-medja Ewropea. 15 fil-mija tal-Maltin isofru minn sitwazzjonijiet ta’ mard mentali f’xi stadju matul ħajjithom u li n-nisa huma iktar suxxettibbli għal problemi ta’ saħħa mentali mill-irġiel.

Il-President ta’ Malta faħħret lill-Fondazzjoni St Jeanne Antide u lill-Assoċjazzjoni tas-Saħħa Mentali għal din l-inizjattiva li qed tixgħel dawl għal dawk li qatt ma kellhom membri tal-familja li għandhom dawn l-isfidi ta’ saħħa mentali.

Il-ktieb Bdoti fil-Maltemp fih informazzjoni dwar 12-il marda mentali spjegata b’pariri għall-qraba fi tmiem kull taqsima, taqsima fuq il-mediċini preskritti mill-psikjatri u dwar x’jgħaddu minnu l-aħwa ta’ persuni b’mard mentali.

Leave a Reply

%d bloggers like this: