Talb biex tieqaf il-ħruxija kontra l-Insara

Print Friendly, PDF & Email

L-Aid to the Church in Need il-Ħamis, il-festa tat-Trasfigurazzjoni, organizzat ġurnata ta’ talb għall-paċi.  Din id-data ntgħażlet għax tfakkar fil-mument meta Kristu, fuq l-Għolja tat-Tabor flimkien mat-tliet dixxipli tiegħu, deher fi stat ta’ glorja ftit qabel ma beda t-triq tat-tbatija li wasslitu għall-mewt iżda li fl-aħħar wasslitu għal dik tal-Qawmien.

Din il-festa għandha timlina bil-kuraġġ meta t-triq quddiemna tkun tidher impossibbli u diffiċli. Turina wkoll li d-dawl hu qawwi iktar mid-dlam u li l-mewt tista’ tinbidel f’ħajja.

Fid-dawl tas-sofferenzi bħal dawk li qed naraw iseħħu quddiem għajnejna kuljum fl-Iraq, fis-Sirja u f’pajjiżi oħra, l-Aid to the Church in Need qalet li hu xieraq li nfakkru lilna nfusna u nuru lid-dinja li aħna ma abbandunajniex lil dawn ħutna. Il-Ħamis filfatt sar talb għal dawn ħutna ppersegwitati minħabba t-twemmin tagħhom fi Kristu u biex tieqaf minnufih din il-ħruxija. Sar ukoll talb biex jingħata dehen lill-mexxejja ħalli jaħdmu aktar għall-għaqda u biex tinkiseb il-paci kif sikwit jappella l-Papa Franġisku.

Leave a Reply

%d bloggers like this: