Katekeżi Familja, Papa Franġisku, Udjenza Ġenerali

Il-Familja – Festa

25. Katekeżi dwar il-Familja mill-Papa Franġisku. 12 t’Awwissu 2015

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Il-lum qed niftħu mixja qasira ta’ riflessjoni fuq tliet dimensjonijiet li jkopru, biex ngħidu hekk, ir-ritmu tal-ħajja tal-familja: il-festa, ix-xogħol, it-talb.

Nibdew bil-festa. Il-lum se nitkellmu fuq il-festa. U naqbdu u ngħiduha li l-festa vvintaha Alla. Ejjew niftakru fl-għeluq tar-rakkont tal-ħolqien, fil-Ktieb tal-Ġenesi li għadna kemm smajna: “Fis-seba’ jum Alla temm ix-xogħol tiegħu kollu li kien għamel, u waqaf fis-seba’ jum mix-xogħol tiegħu li kien għamel. U bierek Alla s-seba’ jum u qaddsu, għax fih waqaf mix-xogħol kollu tiegħu li kien għamel fil-ħolqien” (2:2-3). Alla nnifsu jgħallimna kemm hu importanti nsibu ħin biex nikkontemplaw u ngawdu dak li jkun sar tajjeb fil-ħin tax-xogħol. Qed nitkellem fuq ix-xogħol, naturalment, mhux biss fis-sens ta’ mestier u tal-professjoni, imma fl-iktar sens wiesa’: kull azzjoni li biha aħna l-irġiel u n-nisa nistgħu nikkollaboraw ma’ l-opra ħallieqa ta’ Alla. Continue reading