Leħen is-Sewwa

Il-fdalijiet ta’ San Piju esposti fil-Bażilka San Pietru

Il-fdalijiet ta’ San Piju ta’ Pietralcina se jkunu esposti għall-qima tal-fidili fil-Bażilka San Pietru bejn it-8 u l-14 ta’ Frar li ġej. L-Arċisqof Rino Fisichella, il-President tal-Kunsill Pontifiċju għall-Promozzjoni tal-Evanġelizzazzjoni l-Ġdida, kiteb lill-Arċidjoċesi ta’ Manfredonia-Veste-San Giovanni Rotondo li kienet ix-xewqa tal-Papa Franġisku li r-relikwarju ta’ Padre Pio jkun fil-Vatikan nhar Ras ir-Randan tas-Sena tal-Ġublew tal-Ħniena. Continue reading

Leħen is-Sewwa

Fr Joe Galea Curmi maħtur Kanonku tal-Kapitlu Metropolitan

Il-Vigarju Ġenejgcrali Fr Joe Galea Curmi ngħata l-pussess ta’ Kanonku tal-Kapitlu Metropolitan tal-Imdina. Iċ-ċerimonja saret fil-Kattidral tal-Imdina l-Ġimgħa filgħaxija u tmexxiet mill-Arċisqof Charles J. Scicluna. Fiċ-ċerimonja ħadu sehem il-membri tal-Kapitlu Metropolitan li awguraw lil Fr Joe Galea Curmi bħala membru ġdid tal-Kapitlu.

Wara fil-kattidral tal-Imdina kien hemm it-translazzjoni bir-relikwa tal-Madonna u Quddiesa. Il-Kattidral iċċelebra l-festa ta’ Santa Marija lbieraħ. L-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona O.P. mexxa Konċelebrazzjoni Pontifikali flimkien mal-Kapitlu Metropolitan. Il-festa ntemmet bir-repożizzjoni tar-relikwa tal-Madonna u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.

Leħen is-Sewwa

Abbatini Maltin mal-Papa

Leħen is-Sewwa

Intietef

Emanuel Bartolo

One Stop Shop

Sinċerament ma nafx x’sar mill-għajta l-ewwel ta’ Gvern u issa t’ieħor dwar il-one stop shop. Ta’ post wieħed mnejnt tinqeda għall-ħtiġiet kollha tiegħek u mhux toqgħod tiġri minn dipartiment għall-ieħor biex forsi, u jekk, tinqeda.  Dan l-aħħar membru tal-familja tiegħi wara snin separata minn ma’ żewġha kisbet id-divorzju l-ewwel ħaġa li ntalbet tagħmel mill-Qorti tal-Familja kienet li tmur ir-Reġistru Pubblika bis-sentenza tagħha ħalli terġa lura għa kunjom xbubitha u wara tmur tbiddel il-karta tal-identità eċċ. Continue reading

Leħen is-Sewwa

Żjarat ta’ kortesija lill-Isqof t’Għawdex u lill-Vigarju Ġenerali

Is-Sur Stephen Axisa, id-Direttur Nazzjonali tal-Aid to the Church in Need (Malta) għamel żjarat ta’ kortesija lill-Isqof t’Għawdex Mario Grech u lill-Vigarju Ġenerali Fr Joe Galea Curmi. Is-Sur Axisa waqt li rringrazzja lill-Isqof Grech tal-koperazzjoni li l-organizzazzjoni tiegħu dejjem sabet mid-Djoċesi t’Għawdex, tah dettalji dwar il-ħidma li qed twettaq l-Aid to the Church in Need kemm fuq livell internazzjonali kif ukoll fuq livell lokali. L-Isqof t’Għawdex apprezza l-ħidma li wettqet s’issa l-ACN (Malta) u ta l-barka tiegħu għall-ħidma tagħha fis-snin li ġejjin. Continue reading

Leħen is-Sewwa

Stedina li-Tfal u liż-Żgħażagħ

Hu importanti li fis-sajf it-tfal u ż-żgħażagħ ikomplu jaqraw għall-gost ħalli jsostnu u ma jitilfux dak li jkunu kisbu matul is-sena. Għal dan l-iskop trid issir ħidma biex it-tfal u ż-żgħażagħ jitħajru u jitħeġġu jaqraw kemm jifilħu anki fis-sajf.

Riċerka turi li l-istudenti li jaqraw fis-sajf imorru aħjar fl-iskola; li l-istudenti li ma jaqrawx fis-sajf jitilfu l-benefiċċji ta’ madwar xahrejn tagħlim li jkunu ħadu mill-iskola; li l-istudenti li jieħdu gost jaqraw imorru aħjar fl-iskola minn dawk li ma jieħdux u li l-istudenti li jagħżlu huma x’kotba jaqraw, jaqraw ħafna aktar kotba minn sħabhom. Continue reading

Leħen is-Sewwa

BŻONN URĠENTI TA’ MINIBUS GĦAD-DAR FAMILJA MQADDSA

Id-Dar Familja Mqaddsa, Dar tal-Anzjani fin-Naxxar immexxija mill-Azzjoni Kattolika Maltija, għandha bżonn urġenti ta’ minibus wara li dik antika ħafna li kellhom ġiet iddikjarata uffiċċjalment li teknikament mhux tajba izjed għat-triq.

Id-Dar li kontinwament torganizza attivitajiet ta’ fundraising biex tagħmel tajjeb għat-telf rikorrenti ta’ kull sena, teħtieġ urġenti din il-Minibus għall-qadi bħal ġarr ta’ ċilindri tal-Oxygen, biex jitwasslu l-isptar samples ta’ demm, ġarr ta’ nappies u bosta qadjiet oħra li Dar b’popolazzjoni ta’ 87 anzjan teħtieġ. Continue reading