Attivitajiet f’Għawdex f’ġieħ San Ġwann Bosco

Print Friendly, PDF & Email

Il-Knisja llum tiċċelebra għeluq il-200 sena mit-twelid ta’ San Ġwann Bosco, il-patrun tat-tfal u ż-żgħażagħ.  Fl-Oratorju Don Bosco t’Għawdex illum u għada se jsiru ċelebrazzjoni speċjali. Fid-disgħa ta’ dalgħodu se ssir parata mis-Salesian Boys Brigade ta’ Tas-Sliema u fid-9.30 a.m. issir purċissjoni bl-istatwa ta’ San Ġwann Bosco fit-triqat ta’ madwar l-Oratorju. Fid-dħul tal-purċissjoni, fil-kappella tal-Oratorju, l-Isqof t’Għawdex Mario Grech imexxi Quddiesa Solenni.

B’digriet mogħti mill-Penitenzerija Appostolika tal-Vatikan, kull min illum iżur knisja jew post fejn hemm meqjuma x-xbiha ta’ San Ġwann Bosco jista’ jaqla’ Indulġenza Plenarja applikabbli ukoll għall-erwieh tal-familjari mejtin.

Sadattant, fil-kappella tal-Oratorju għada t-Tnejn fid-9 a.m. se ssir ċelebrazzjoni għat-tfal immexxija mill-Arċipriet Dun Daniel Cardona.

Leave a Reply

%d bloggers like this: