Tobba u infermiera lura minn xogħol volontarju fil-Gwatemala

Print Friendly, PDF & Email

Grupp ta’ tobba u infermiera reġa’ lura Malta din il-ġimgħa wara li wettaq xahar u nofs ħidma medika professjonali fl-isptar San Juan Bautista fil-Gwatemala.

tfal skolaKemm damu l-Gwatemala dawn iż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin ħallew timbru ġdid t’imħabba u għaqda bejn Guate u Malta. Dan grazzi għall-benefatturi kollha li wieġbu għall-appell tal-missjunarju Dun Ġużepp Camilleri u tal-Editur ta’ Leħen is-Sewwa biex setgħu jinxtraw u se jkunu jistgħu jinxtraw aktar mediċini ħalli jkunu mgħejjuna nies foqra.

Il-grupp kien ilu l-Gwatemala xahar u nofs.

Ikkuntattjat minn Leħen is-Sewwa, Dun Ġużepp Camilleri qal li l-ewwel kelma li sema’ mingħandhom kif waslu lura Malta kienet grazzi. “Grazzi tal-opportunità li tajtna li naħdmu fost tant nies li jeħtieġu l-għajnuna tagħna. Persuna li għaddejna ftit ħin magħha qaltilna ‘Il-Mulej bagħatkom hawn. Qatt ma rajna tabib fostna. Lilkom li ġejtu min tant bogħod żgur li qatt mhu se ninsewkom’.”

Dan hu kliem ta’ barka mhux biss fuqna iżda fuq Malta tagħna, qalilna Dun Ġużepp. F’isem dawn iż-żgħażagħ tobba u infermiera li bħal Kristu tbaxxew biex iservu u lilhom li ftaħtu qalbom għall-appell ta’ Leħen is-Sewwa biex tinxtara l-mediċina għall-fejqan, grazzi mill-qalb, temm Dun Ġużepp li mistenni jmur lura l-Gwatemala x-xahar li ġej.

  • Ara l-appell li qed isir f’paġna 23

Leave a Reply

%d bloggers like this: