DOKUMENT TA’ POŻIZZJONI DWAR ID-DEKRIMINALIZZAZZJONI TAT-TKASBIR PUBBLIKU TAR-RELIĠJON U TAL-PORNOGRAFIJA

7 ta’Awwissu, 2015  –  Ref:87/2015

Qegħdin ngħixu f’dinja li, kull ma jmur, qiegħda dejjem issir akar pluralistika, fuq kull livell. Dan ġab miegħu żieda fl-għarfien tal-valur tal-libertà kemm dik individwali kif ukoll dik ta’ gruppi, u dan qed jagħti firxa dejjem usa’ ta’ possibiltajiet ta’ għażla.

Ċertament, din hi xejra pożittiva, imma f’kuntest ta’ libertajiet individwali li qegħdin dejjem jiżdiedu, l-isfida reali donnha tinsab fil-ħarsien tal-kwalità tal-ħajja normali tagħna, imsejsa fuq valuri komuni. M’hemm ebda dubju li t-twemmin reliġjuż jiġi minn ta’ quddiem fost il-valuri li kull poplu jqis bħala l-aktar għeżież, billi dan jikkostitwixxi l-aħħar bażi li fuqha jsiru l-għażliet, kemm fuq livell individwali kif ukoll fuq dak kollettiv.  Huwa għalhekk fl-interess tas-soċjetà, speċjalment ta’ soċjetà li hi radikalment pluralistika, li tiddefendi u tippromwovi r-rispett lejn twemmin jew nuqqas ta’ twemmin reliġjuż.

Huwa f’dan il-kuntest li aħna nixtiequ nesprimu l-opinjonijiet tagħna dwar L-Emenda tal-Att tal-Kodiċi Kriminali tal-2015: Continue reading “DOKUMENT TA’ POŻIZZJONI DWAR ID-DEKRIMINALIZZAZZJONI TAT-TKASBIR PUBBLIKU TAR-RELIĠJON U TAL-PORNOGRAFIJA”

X’balla neħħejtli!

Patri Mario Attard OFM Cap

Fi tnax-il sena li l-Mulej s’issa tani li nkun saċerdot tiegħu, m’għandniex xi ngħidu, mingħajr ma jistħoqqli, hemm xi ħaġa li, ngħaddi kemm ngħaddi minnha, qatt ma nista’ nifimha. Il-Mulej l-aktar li jaħdem f’ħajti għal ħaddieħor hu meta naħseb li m’hu qed jagħmel xejn! Continue reading “X’balla neħħejtli!”