27. Katekeżi dwar il-Familja mill-Papa Franġisku. 26 t’Awwissu 2015
Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!
Wara li rriflettejna fuq kif il-familja tgħix iż-żminijiet ta’ festa u tax-xogħol, ejjew issa nħarsu lejn il-ħin tat-talb. L-iktar li jilmentaw l-Insara hu propju dwar il-ħin: “Messni nitlob aktar…; nixtieq, imma spiss ma nsibx ħin”. Din ħaġa li nisimgħuha l-ħin kollu. Id-dispjaċir hu sinċier, m’hemmx dubju, għax il-qalb tal-bniedem dejjem tfittex it-talb, anki mingħajr ma taf; u jekk ma ssibux, ma ssibx mistrieħ. Imma biex dawn jiltaqgħu, jeħtieġ inrawmu f’qalbna mħabba “tkebbes” għal Alla, imħabba affettiva. Continue reading “Il-Familja – Talb”