IL-LAJK HU Lajk

Spazju għall-qdusija tal-lajk

Joe Galea

Fl-ewwel u fit-tieni parti ta’ dan l-artiklu tkellimna dwar ir-rwol u r-responsabbiltà tas-Saċerdot, kif il-lajċi jħarsu lejn is-Saċerdot u kif il-lajċi għandhom sehem daqstant importanti fil-ħajja tal-Knisja. Inkomplu dwar il-ħidma siewja li jagħtu l-lajċi fil-ħajja tal-Knisja.  Imma l-lajk jgħix f’nofs l-istorbju, imdawwar mill-folla, mgħattan taħt il-ħidmiet li huma parti minn ħajtu. Dejjem għaddej. Continue reading IL-LAJK HU Lajk

Please, meta jkollok ċans…

Minn Tanja Cilia

X’aktarx li meta wieħed ikun se jitolbok xi ħaġa, ma jibdiex is-sentenza bil-frażi “jekk joġgħbok” imma jitfa’ l-kelma bl-Ingliż. Din min jifimha? U ma jużax “jekk” imma “meta”.  Naraw ukoll kif min irid jimmanipulak, għandu mnejn juża ħafna kumplimenti fiergħa biex iġibek fejn irid. “Qed ngħid lilek għax int l-esperta”! Dan jiġri iżjed u iżjed jekk int ikollok il-fama li tgħin lil min hu fil-bżonn u tagħmel xi tip ta’ volontarjat. Continue reading Please, meta jkollok ċans…

Poplu li jinsa l-passat tiegħu m’għandux futur.

Fr1_Awtoritajiet_Paragwaj_10072015“Poplu li jinsa l-passat tiegħu, l-istorja tiegħu, għeruqu, m’għandux futur, hu poplu niexef.” 

Dan qalu l-Papa Franġisku fil-Paragwaj waqt laqgħa li kellu mal-Awtoritajiet Ċivili.  Imma din it-twissija tista’ tgħodd għalina wkoll.  Jista’ jkun li meta nwarrbu l-valuri li trawwimna fihom tul il-bosta sekli tal-istorja tagħna, aħna nkunu qed ninsew għeruqna?

Iktbilna l-kummenti tieghek ….