Għalliema tal-Imħabba

Min ma semax b’Madre Margerita De Brincat? Mhux l-ewwel darba li meta ippreżentajt xi santa jew domna tagħha lil xi ħadd il-persuna li tkun tgħidli mbissma: “Eh! Madre Margerita!” It-tbissima tal-persuna tixhed biżżejjed kemm Madre Margerita hija magħrufa u maħbuba fostna l-Maltin u l-Għawdxin. Il-qdusija tagħha tinġabar fil-frażi li tant kienet tħobb tgħid: “Inħobbu l-Imħabba!” Continue reading Għalliema tal-Imħabba

DOKUMENT TA’ POŻIZZJONI DWAR ID-DEKRIMINALIZZAZZJONI TAT-TKASBIR PUBBLIKU TAR-RELIĠJON U TAL-PORNOGRAFIJA

7 ta’Awwissu, 2015  –  Ref:87/2015

Qegħdin ngħixu f’dinja li, kull ma jmur, qiegħda dejjem issir akar pluralistika, fuq kull livell. Dan ġab miegħu żieda fl-għarfien tal-valur tal-libertà kemm dik individwali kif ukoll dik ta’ gruppi, u dan qed jagħti firxa dejjem usa’ ta’ possibiltajiet ta’ għażla.

Ċertament, din hi xejra pożittiva, imma f’kuntest ta’ libertajiet individwali li qegħdin dejjem jiżdiedu, l-isfida reali donnha tinsab fil-ħarsien tal-kwalità tal-ħajja normali tagħna, imsejsa fuq valuri komuni. M’hemm ebda dubju li t-twemmin reliġjuż jiġi minn ta’ quddiem fost il-valuri li kull poplu jqis bħala l-aktar għeżież, billi dan jikkostitwixxi l-aħħar bażi li fuqha jsiru l-għażliet, kemm fuq livell individwali kif ukoll fuq dak kollettiv.  Huwa għalhekk fl-interess tas-soċjetà, speċjalment ta’ soċjetà li hi radikalment pluralistika, li tiddefendi u tippromwovi r-rispett lejn twemmin jew nuqqas ta’ twemmin reliġjuż.

Huwa f’dan il-kuntest li aħna nixtiequ nesprimu l-opinjonijiet tagħna dwar L-Emenda tal-Att tal-Kodiċi Kriminali tal-2015: Continue reading DOKUMENT TA’ POŻIZZJONI DWAR ID-DEKRIMINALIZZAZZJONI TAT-TKASBIR PUBBLIKU TAR-RELIĠJON U TAL-PORNOGRAFIJA

Il-Familja – Xogħol

26. Katekeżi dwar il-Familja mill-Papa Franġisku. 19 t’Awwissu 2015

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Wara li rriflettejna fuq il-valur tal-festa fil-ħajja tal-familja, il-lum nieqfu ftit fuq l-aspett kumplimentari, li hu dak tax-xogħol. It-tnejn jagħmlu parti mill-pjan ħallieq ta’ Alla, il-festa u x-xogħol. Continue reading Il-Familja – Xogħol

Il-fdalijiet ta’ San Piju esposti fil-Bażilka San Pietru

Il-fdalijiet ta’ San Piju ta’ Pietralcina se jkunu esposti għall-qima tal-fidili fil-Bażilka San Pietru bejn it-8 u l-14 ta’ Frar li ġej. L-Arċisqof Rino Fisichella, il-President tal-Kunsill Pontifiċju għall-Promozzjoni tal-Evanġelizzazzjoni l-Ġdida, kiteb lill-Arċidjoċesi ta’ Manfredonia-Veste-San Giovanni Rotondo li kienet ix-xewqa tal-Papa Franġisku li r-relikwarju ta’ Padre Pio jkun fil-Vatikan nhar Ras ir-Randan tas-Sena tal-Ġublew tal-Ħniena. Continue reading Il-fdalijiet ta’ San Piju esposti fil-Bażilka San Pietru

Fr Joe Galea Curmi maħtur Kanonku tal-Kapitlu Metropolitan

Il-Vigarju Ġenejgcrali Fr Joe Galea Curmi ngħata l-pussess ta’ Kanonku tal-Kapitlu Metropolitan tal-Imdina. Iċ-ċerimonja saret fil-Kattidral tal-Imdina l-Ġimgħa filgħaxija u tmexxiet mill-Arċisqof Charles J. Scicluna. Fiċ-ċerimonja ħadu sehem il-membri tal-Kapitlu Metropolitan li awguraw lil Fr Joe Galea Curmi bħala membru ġdid tal-Kapitlu.

Wara fil-kattidral tal-Imdina kien hemm it-translazzjoni bir-relikwa tal-Madonna u Quddiesa. Il-Kattidral iċċelebra l-festa ta’ Santa Marija lbieraħ. L-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona O.P. mexxa Konċelebrazzjoni Pontifikali flimkien mal-Kapitlu Metropolitan. Il-festa ntemmet bir-repożizzjoni tar-relikwa tal-Madonna u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.