The  culture of care

Fr Mario Attard OFM Cap

Pope Francis’ address to a Joint Session of the United States Congress at the Capitol in Washington, D.C. delivered on September 24, during his apostolic visit to Cuba and US, is full of significance. The more I read it the more I deem to consider it is an excellent catechesis of what it means to care. Thus, it powerfully promotes the culture of care. Continue reading “The  culture of care”

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-54 sena mit-twaqqif tal-Awtorita’ tax-Xandir

It-Tlieta 29 ta’ Settembru 2015: L-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-54 sena mit-twaqqif tal-Awtorita’ tax-Xandir, fl-uffiċċji tagħhom, il-Ħamrun.

Continue reading “L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-54 sena mit-twaqqif tal-Awtorita’ tax-Xandir”

Għan-naqra qari!

Patri Mario Attard OFM Cap

Aktar ma qed nikber, forsi wkoll l-għaliex, bil-grazzja ta’ Alla, sirt naffaxxina ruħi mill-ħajja tal-imqareb-qaddis Santu Wistin, aktar qed ninduna kemm hu meħtieġ li nfittex. U nibqa’ infittex! Ngħid li kieku Wistin kien għadu jgħix fostna ħaġa waħda żgur li kien jibqa’ jgħid: “Għallmuni! Għaliex ma naf proprju xejn!” U mhux għalhekk kien umli! Ħeqq! Kien saqajh mal-art hux! Continue reading “Għan-naqra qari!”

Mhux negozju?

Patri Mario Attard OFM Cap

In-negozju! Il-qliegħ tal-flus! L-investiment! It-tkabbir! It-tkattir tal-ġid! Kollha kelmiet sbieħ li jaħjru. Veru?

U mela le! Jekk għandi grazzja kif sold nagħmlu tnejn jien min jien biex ma ninxteħitx għan-negozju? U jekk kapaċi naqdi l-klijenti tiegħi, bl-aħjar mod possibbli, l-għaliex m’għandiex nagħmel lil ħaddieħor kuntent? L-għaliex m’għandix, bil-għaqal ta’ moħħi, niggarantixxi l-għejxien tal-familji tal-ħaddiema li jaħdmu miegħi? U mbilli nirrispondi għad-domanda li ssirli bil-prodotti li nbiegħ jew bis-servizz li nagħti, la jien kapaċi l-għaliex dan m’għandiex nagħmlu? Ma tkunx ħasra li, avolja għandi dan it-talent daqshekk sabiħ u meħtieġ, immur naħbiħ f’għalqa? Mhux ovvja li la nidher quddiem il-Mulej se nikkonfondi x’se nwieġbu ġaladarba tani talent u jien, jew minħabba l-għażż inkella minħabba l-biża’, ma nkunx ħadditmu? Continue reading “Mhux negozju?”

Ir-Rikonċiljazzjoni

Patri Mario Attard OFM Cap

Waħda mit-temi ewlenin tal-vjaġġ appostoliku li Papa Franġisku wettaq f’Kuba bejn is-Sibt 19 sat-Tlieta 22 ta’ Settembru, kienet ir-rikonċiljazzjoni. Dan il-vjaġġ appostoliku, li aktar tard ħa ukoll lill-Papa fl-Istati Uniti u kif ukoll fil-Kwartieri tal-Ġnus Maqgħuda, kellu bħala qofol tiegħu l-parteċipazzjoni tal-Isqof ta’ Ruma fit-Tmien Laqgħa Dinjija tal-Familji f’Philadelphia. Il-vjaġġ ġie fi tmienu nhar it-Tnejn 28 ta’ Settembru. Continue reading “Ir-Rikonċiljazzjoni”

Il-Maternita’ ta’ Marija u dik tal-Knisja

Il-Knisja hija omm mhux assoċjazzjoni riġida li fl-aħħar mill-aħħar tispiċċa orfni.  Hekk stqarr il-Papa Franġisku dalgħodu waqt il-quddiesa li ċċelebra fil-kappella tad-Dar Santa Marta.  Fost il-konċelebranti kien hemm id-disa’ Kardinali tal-kunsill konsulent tal-Papa (il-Kunsill tad-9) li jinsabu fil-Vatikan biex jiltaqgħu mal-Qdusija Tiegħu f’laqgħa li għandha tintemm għada.

Il-Papa qal li bħall-Verġni Marija, il-Knisja irid ikollha dik il-maternità li tespimiha fl-atteġġjamenti tagħha ta’ umiltà, tjubija, maħfra u tenerezza. Continue reading “Il-Maternita’ ta’ Marija u dik tal-Knisja”