Home > Il-Papa Franġisku minn Dar Santa Marta > Il-faraġ tan-Nisrani jinsab f’Ġesù u mhux fit-tlablib

Il-faraġ tan-Nisrani jinsab f’Ġesù u mhux fit-tlablib


It-Tlieta, 1 ta’ Settembru 2015. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.

Il-fidi li tkun konvinta mil-laqgħa aħħarija ma’ Ġesù, li hi aqwa mid-dubju u hi tant soda li ddawwal kull jum tagħna, m’għandhiex għeruqha fit-tlablib u s-superfiċjalità imma fil-faraġ li l-Insara għandhom ħila jnisslu f’xulxin, f’Ġesù. Il-Papa Franġisku rrifletta dwar l-imġiba tal-komunità antika ta’ Tessalonika li nsibu fis-silta mill-ittra ta’ San Pawl moqrija waqt il-quddiesa tal-lum.

 

Kienet komunità mħassba, li tistaqsi lilha nfisha u lil Pawlu kif u meta kienet se sseħħ it-tieni miġja ta’ Kristu, x’kienet se tkun ix-xorti ta’ min imut, tant li l-Appostlu ħass il-ħtieġa jgħidilhom li min ma jaħdimx lanqas għandu jedd jiekol.

San Pawl, innota l-Papa Franġisku, jafferma li ‘jum il-Mulej’ jasal għal għarrieda, bħal ħalliel, imma jżid li Ġesù se jiġi biex iġib is-salvazzjoni lil min jemmen fiH. U jtemm iħeġġiġhom biex ifarrġu ‘l xulxin. U huwa proprju dal-faraġ, qal il-Papa, li jtina t-tama.
Il-parir huwa dan: Farrġu, farrġu lil xulxin. Aħna nitkellmu dwar dan, dwar il-miġja tal-Mulej, dwar li se niltaqgħu miegħu?, staqsa Franġisku. Jew nitkellmu dwar tant affarijiet, anke dwar it-teoloġija, dwar affarijiet tal-Knisja, dwar saċerdoti u sorijiet, monsinjuri, u ħwejjeġ bħal dawn?

Il-faraġ tagħna jinsab f’din it-tama? Farrġu lil xulxin: farrġu lil xulxin fil-komunitajiet tagħkom. Fil-komunitajiet tagħna, fil-parroċċi, nitkellmu dwar dan, dwar li qed nistennew il-miġja tal-Mulej? Jew intaqtqu dwar dan u dak biex ngħaddu ftit ħin u ma niddejqux iżżejjed?

Fis-Salm responsorjali, żied Franġisku, tennejna: Jien nara t-tjieba tal-Mulej f’art il-ħajjin.
Imma int, staqsa l-Papa, għandek din iċ-ċertezza, tikkontempla lill-Mulej? L-eżempju li għandna nimitaw hu dak ta’ Ġobb li, minkejja l-kuntrarju kollu, kien jafferma b’mod deċiż: ‘Jien naf li l-Mulej hu ħaj u għad naraH, u naraH b’dawn għajnejja.’

Hu minnu li Hu ġej biex jagħmel ħaqq u kull meta nidħlu fil-Kappella Sistina naraw dik ix-xena sabiħa tal-ġudizzju universali. Imma rridu niftakru wkoll li Hu ġej ifittex lili biex jien inkun nista’ naraH b’għajnejja, ngħannqu miegħi u nibqa’ għal dejjem ħdejh.

Din hi t-tama li l-Appostlu Pietru jgħidilna biex nispjegaw lill-oħrajn permezz ta’ ħajjitna, li nkunu xhieda tat-tama. Dan hu l-veru faraġ, din hi ċ-ċertezza vera: jien ċert għax nikkontempla t-tjubija tal-Mulej.

Bħalma għamel San Pawl lill-Insara ta’ żmienu, il-Papa Franġisku tenna l-parir lill-Knisja tal-lum: farrġu lil xulxin bl-opri tajba u għinu lil xulxin. B’hekk nimxu ‘l quddiem.

Nitolbu lill-Mulej itina din il-grazzja: li dik iż-żerriegħa ta’ tama li żera’ f’qalbna, tibqa’ tikber sakemm tiltaqa’ miegħu: Jien ċert li għad nara lill-Mulej. Jiena ċert li l-Mulej hu ħaj. Jiena ċert li l-Mulej se jiġi għalija: dan hu x-xefaq ta’ ħajjitna.

Nitolbu din il-grazzja lill-Mulej u nfarrġu lil xulxin bl-opri tajba u bil-kliem, u nibqgħu mexjin f’dit-triq, temm jgħid Franġisku.

Ħajr lill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s

%d bloggers like this: