L-aħħar sinjal qawwi ta’ Indifferenza Globizzata

IL-ĠISEM BLA ĦAJJA TAT-TIFEL SIRJAN

tifel_sirjan_mejjet Il-Ħamis, 3 ta’ Settembru 2015: Il-ġisem bla ħajja ta’ Aylan Kurdi, t-tifel ckejken ta’ sentejn li l-baħar radd lill-art sar l-aħħar sinjal qawwi tal-indifferenza globalizzata li tant ilu jwissi dwarha l-Papa Franġisku.  It-tfajjel Sirjan, misjub wiċċu ‘l isfel f’xifer ix-xatt tat-Turkija, kien bħal donnu rieqed, fil-qagħda li jħobbu jorqdu tant tfal żgħar, imma t-traġedja hi li ġismu kien bla ħajja, bil-mewġiet ħfief tal-baħar iħabbtu ma wiċċu. Huwa kien liebes T-short aħmar u qalziet qasir blu, waqt li f’riġlejh kellu żarbun żgħir maqful b’ċinga tal-velkro. Fit-tieni ritratt huwa jidher fuq ix-xelluq ma’ ħuh akbar minnu.  Continue reading “L-aħħar sinjal qawwi ta’ Indifferenza Globizzata”