Bil-PH.D wara!

Patri Mario Attard OFM Cap

Il-PH.D! Il-Profs. Insomma! Illum ħafna qiegħdin jeħduha l-lawrja ta’ dottorat. Donnhom anki d-dottorati saru ħerġin bħall-pastizzi! Tgħid anki l-kennies se jispiċċa bid-dottorat? Taħlifx! Imma mhux dan il-punt tallum.

Darba żgħażugħ għallimni din il-biċċa għerf il-ħajja. Qalli: “Patri! Bil-PH.D wara!” Personalment qatt ma kont smajtha din il-frażi. Għalhekk, kurjuż għaliex inħobb u nitgħallem, imma mhux biex inkun naf x’għamel dak jew x’għamlet dik, staqsejtu: “Tista’ jekk jogħġbok tfissirhieli naqra?” “Infissirhielek Patri!” weġibni. Weġibni: “Il-PH.D tan-nisa qiegħdha fil-qried. Filwaqt li tal-irġiel qiegħdha fit-tgergir”. Continue reading “Bil-PH.D wara!”