Jaħfru d-dnub tal-abort

Patri Mario Attard OFM Cap

Il-Ġublew tal-Ħniena, ismu miegħu, hu tabilħaqq festa tal-ħniena ta’ Alla għalina l-bnedmin, midinbin. L-għaliex il-ħniena, biex tkun tassew ħniena, ma teskludi lil ħadd.

Dan deher ċar f’ittra li l-qdusija tiegħu l-Papa Franġisku bagħat lill-Arċisqof Rino Fisichella, President tal-Kunsill Pontifiċju għall-Promozzjoni tal-Evanġelizzazzjoni l-Ġdida, nhar l-1 ta’ Settembru 2015. F’din l-ittra Papa Franġisku ħabbar l-indulġenza li se jagħti fl-okkażjoni tal-ġublew straordinarju tal-ħniena. Fost il-kategoriji ta’ persuni li se jibbenifikaw minn din l-indulġenza nsibu l-maħfra ta dawk li wettqu d-dnub tal-abort. Continue reading Jaħfru d-dnub tal-abort

Id-Dar tal-Providenza tiċċelebra għeluq il-50 sena b’quddiesa fil-Bażilika ta’ San Paolo Fuori Le Mura f’Ruma

Is-Sibt 12 ta’ Settembru 2015: Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna iċċelebra quddiesa ta’ ringrazzjament fil-Bażilika ta’ San Paolo Fuori Le Mura, f’Ruma, propju f’Jum il-Fundazzjoni tad-Dar tal-Providenza. Din is-sena Id-Dar qed tfakkar b’diversi attivitajiet il-50 sena mit-twaqqif tagħha minn Mons Mikiel Azzopardi fit-12 ta’ Settembru 1965.

Continue reading Id-Dar tal-Providenza tiċċelebra għeluq il-50 sena b’quddiesa fil-Bażilika ta’ San Paolo Fuori Le Mura f’Ruma