Mill-pulptu

Patri Mario Attard OFM Cap

Minn dejjem kienet ix-xewqa ta’ qalbi. Ix-xewqa li kull patri jew qassis ikollu. Jiġifieri dik li jinseġ il-paniġierku tal-belt jew raħal li minnu jkun ġej.

Ħafna ħarġu sorpiżi li demmi Karkariż. Imma hekk hu. U ma stajtx, minkejja l-kummenti imqarba ta’ xi wħud, ma nsemmax l-għajta tiegħi biex nagħmel il-paniġierku! Kull darba li nara lil Santa Liena ħierġa mill-Knisja, eżattament għat-tmiena u seba’ minuti, qalbi tkun trid tinfaqa’. L-emozzjonijiet li jkolli huma kbar. Issa jekk qalbi tkun ħa toħroġ meta nara lix-Xemx t’Awwissu ħierġa mill-Bażilika Kolleġġjata Elenjana aħseb u ara kif kien se jħossni jekk nitla’ fuq il-pulptu ħa ninseġ il-paniġierku! Continue reading “Mill-pulptu”