Qatt tħallu li tgħib minn qalbkom in-nostalġija ta’ Alla

Il-Ħamis 1 ta’ Ottubru 2015. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta

Il-ferħ tal-Mulej hu l-qawwa tagħna. FiH insibu l-identità tagħna. Dan kien wieħed mill-ħsibijiet tal-Papa Franġisku waqt l-omelija ta’ dalgħodu fil-kappella tad-Dar Santa Marta, illum il-festa ta’ Santa Tereża tal-Bambin Ġesù. In-Nisrani qatt m’għandha tgħib minn ġewwa fih in-nostalġija ta’ Alla, inkella qalbna qatt ma tista’ tagħmel festa.

Continue reading Qatt tħallu li tgħib minn qalbkom in-nostalġija ta’ Alla

L-Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa fil-ftuħ tas-Sena Forensi

Il-Ħamis l-1 ta’ Ottubru 2015: L-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa għall-membri tal-ġudikatura fil-ftuħ tas-Sena Forensi 2015/2016. Il-Quddiesa saret fl-Oratorju tal-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Din kienet l-ewwel darba li għal din il-Quddiesa annwali attendiet il-President ta’ Malta, l-E.T. Marie Louise Coleiro Preca. Attendew ukoll il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, l-Onor. Owen Bonnici, il-Prim Imħallef Silvio Camilleri, membri tal-ġudikatura u avukati.

Continue reading L-Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa fil-ftuħ tas-Sena Forensi