Home > Il-Papa Franġisku minn Dar Santa Marta > Nirrispettaw u nisimgħu lill-Anġlu Kustodju tagħna

Nirrispettaw u nisimgħu lill-Anġlu Kustodju tagħna


Il-Ġimgħa 2 ta’ Ottubru, 2015. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta

Il-Papa Franġisku qal li Alla ta lil kull wieħed u waħda minna Anġlu Kustodju biex jakkumpanjana u jtina parir u protezzjoni; anġlu li għandna nisimgħuh bil-manswetudni u r-rispett. Franġisku kien qed jagħmel ir-riflessjoni dwar iċ-ċelebrazzjoni tal-ġurnata tal-lum, 2 ta’ Ottubru, waqt il-quddiesa fid-Dar Santa Marta.

 

L-omelija ta’ Franġisku kienet dwar il-festa tal-Anġli Kustodji li jirriflettu l-preżenza divina ta’ Alla fil-ħajja tagħna. L-Anġlu Kustodju, qal il-Papa, huwa l-ambaxxatur ta’ Alla li jakkumpanja lil kull bniedem. Prova ta’ dan hi li meta Alla keċċa lil Adam mill-Ġenna tal-Art, ma ħalliehx ifendi għal rasu mill-aħjar li jista’. Il-Papa saħaq li kull persuna hi mogħtija Anġlu Kustodju li Alla jibagħtu biex jibqa’ spalla ma’ spalla magħna.

Hu dejjem magħna u din hi realtà. U l-Mulej iwissi: irrispettaw il-preżenza tal-Anġlu Kustodju. U meta aħna, per eżempju, nagħmlu dnub u naħsbu li qegħdin waħedna, niżbaljaw. Le, qal Franġisku, hu qiegħed hemm. Nirrispettaw il-preżenza tiegħu. Nisimgħu leħnu għax hu jtina l-pariri. Meta nħossu l-ispirazzjoni li tgħidilna: ‘agħmel dik għax aħjar hekk,’ għandna nagħtu widen. Nisimgħuh u ma neħduhiex kontrieh.

Il-Papa Franġisku spjega kif l-Anġlu Kustodju jipproteġina dejjem, speċjalment mill-ħażen. Kultant, qal il-Papa, naħsbu li nistgħu naħbu ħafna affarijiet, affarijiet ħżiena li fl-aħħar dejjem jaraw id-dawl.

L-Anġlu Kustodju, kompla jgħid, qiegħed hemm biex itina parir u jiddefendina bħalma jagħmel ħabib. Ħabib li ma narawhx imma li nisimgħuh. Ħabib li għad jasal il-jum li nsibuh magħna fl-hena bla tmiem tal-Ġenna.

Kull ma jitlob minna hu li nagħtuh widen u nirrispettawh. Dak kollox: rispett u widen. U dan ir-rispett u s-smigħ ta’ ħabib fil-mixja, jissejjaħ manswetudni. In-Nisrani jrid ikun manswet fil-konfront tal-Ispirtu s-Santu. Inkunu mansweti meta nċedu u nieħdu l-parir li jtina dan il-ħabib fil-mixja tal-ħajja tagħna.

Il-Papa kompla jispjega li biex inkunu mansweti rridu nsiru bħat-tfal iż-żgħar, u l-Anġlu Kustodju tagħna hu l-kumpann li jgħallimna din l-umiltà u bħat-tfal iż-żgħar aħna għandna nisimgħu minnu.

Ejjew nitolbu lill-Mulej il-grazzja ta’ din il-manswetudni, biex nisimgħu leħen il-kumpann tagħna, dan l-ambaxxatur minn Alla li jakkumpanjana f’ismU, u jalla jkollna s-sapport tal-għajnuna tiegħu.

Aħna mexjin dejjem ‘il quddiem. U f’din il-quddiesa li fiha qed infaħħru ‘l Alla, ejjew niftakru kemm hu twajjeb il-Mulej, li malli tlifna l-ħbiberija tiegħu, ma ħalliniex waħedna, ma abbandunaniex, temm jgħid il-Papa.

Ħajr lill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

  1. April 14, 2018 at 4:46 am

    Grazzi u sabih li naraw kemm is-Sinjur Alla jhobbna li fost il-hafna ghajnuniet anke jibghatilna l-Anglu Kustodju fil-hajja taghna. Talba ckejkna tat-tfulija “Anglu t’Alla, illi fit-tjubija Tieghu Alla bghatek biex tharisni, dawwalli mohhi, harisni, zommni u mexxini f’dan il-jum, Ammen.

  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s

%d bloggers like this: