Wara kull applaws

Patri Mario Attard OFM Cap

Id-diskors li għamel Papa Franġisku f’Seduta Aġġunta fil-Kungress Amerikan, nhar l-24 ta’ Settembru li għadda, irċieva għadd kbir ta’ applawsi.

Fl-ewwel applaws il-Papa stieden lill-politiċi biex jiddefendu u jippreservaw id-dinjità taċ-ċittadini ħuthom. L-għan aħħari tal-politika huwa t-tfittxija impenjattiva għall-ġid komuni. Bħala politiku qed niddefendi biżżejjed lill-vunerabbli tas-soċjetà? Nipproponi u nappoġja liġijiet li jgħinuna ngħixu ta’ aħwa? Liġijiet li jressquna aktar lejn Alla? It-tieni applaws jafferma l-importanza tad-djalogu. Bħala politiku, ċittadin u Nisrani\ja qed infittex li niddjaloga ma’ kulħadd? It-tielet applaws huwa apprezzament tal-libertà. Il-Papa qal li l-libertà vera twassal “għall-imħabba tal-ġid komuni u għall-koperazzjoni fi spirtu ta’ sussidjarjetà u solidarjetà”. Kemm il-libertà tagħna qiegħdha tipproteġina mill-vjolenza? Anki dik magħmula f’isem ir-reliġjon, ideoloġija jew sistema ekonomika? Il-libertà qiegħdha tħaddan il-libertà intellettwali u individwali? Ir-raba applaws jiftħilna għajnejna minn “riduzzjoni simpliċistika li tara biss it-tajjeb jew il-ħażin; jew it-tajbin u l-ħżiena”. Kemm qed naħdmu biex infejqu l-polarizzazzjoni bejna u bejn l-oħrajn? Continue reading Wara kull applaws