Il-kalunji, l-għira u n-nases huma xogħol ix-xitan


Il-Ġimgħa 9 ta’ Ottubru, 2015. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta

Li ninterpretaw ħażin lil min jagħmel il-ġid, li naqilgħu kalunji minħabba l-għira, li nonsbu biex inwaqqgħu lil xi ħadd, huma ħwejjeġ li mhumiex ġejjin minn Alla imma mid-demonju. Il-Papa qal dan hu u jikkummenta l-Vanġelu tal-lum waqt il-quddiesa fid-Dar Santa Marta. Il-Papa rrakkomanda d-dixxerniment u l-għassa bir-reqqa.

 

Fil-Vanġelu tal-lum il-Ġimgħa, Ġesù jkeċċi xitan. Jagħmel ħaġa tajba, jinsab fost nies li qed jisimgħu u jagħrfu l-awtorità tiegħu, imma hemm min jakkużah.

Kien hemm grupp ieħor, qal Franġisku, li ma kienx jista’ għalih u kien dejjem jinterpreta kliem Ġesù b’mod differenti, kontra Ġesù. Uħud minħabba l-għira, oħrajn minħabba l-ebusija dottrinali, oħrajn għax kienu jibżgħu li se jiġu r-Rumani u jagħmlu straġi. Kienu jfittxu ħafna raġunijiet biex iwarrbu l-awtorità ta’ Ġesù minn fuq il-poplu, anke bil-kalunja, kif jiġri f’dal-każ.

‘Bis-saħħa ta’ Belżebù jkeċċi x-xjaten.’ ‘Għandu x-xitan fih.’ ‘Jagħmel il-maġija, dan saħħar.’ U b’hekk kienu dejjem jittestjaw lil Ġesù, jippruvaw jonsbuh biex jaraw jekk jaqax.

Il-Papa Franġisku stedinna biex niddixxernu u biex ngħassu bir-reqqa. Għandna niddixxernu l-affarijiet u nagħrfu sewwa mnejn ġejjin, liema huma l-għeruq tagħhom. Nagħrfu niddixxernu s-sitwazzjoni, bejn dak li ġej minn Alla u dak li ġej mill-malinn li dejjem jipprova jinganna, jipprova jġegħilna nagħżlu t-triq il-ħażina.

U mbagħad irridu ngħassu bir-reqqa għaliex fil-mixja tal-fidi t-tentazzjonijiet dejjem ġejjin, l-ispirtu ħażin qatt ma jegħja. Jekk inkeċċuh għandu l-paċenzja jistenna u jerġa’ lura, u jekk inħalluh jidħol is-sitwazzjoni tkun agħar.

Infatti, qabel konna rajna lix-xitan li kien qed jitturmenta, imma wara, il-malinn moħbi jasal ma’ sħabu, kollha nies edukati, iħabbat fuq il-bieb, jitlob permess biex jidħol, u meta jidħol jibqa’ jgħix mal-bniedem, jgħix il-ħajja ta’ kuljum, u qatra, qatra jibda jagħti l-istruzzjonijiet.

B’dan il-mod ‘edukat’ id-demonju jikkonvinċi biex l-affarijiet nagħmluhom bir-relattiviżmu għax iraqqdilna l-kuxjenza. Jikkalma l-kuxjenza u jilluppjaha. Dan hu ta’ ħsara kbira. Meta l-ispirtu ħażin jinrexxilu jilloppja l-kuxjenza, nistgħu ngħidu li tkun il-veru rebħa tiegħu, isir padrun ta’ dik il-kuxjenza.

Imma dan isir kullimkien!, osserva Franġisku. Minnu dan, ilkoll għandna l-problemi, ilkoll aħna midinbin. Imma f’dik il-kelma ‘lkoll’ hemm moħbija wkoll il-kelma ‘ħadd’. Kulħadd, minbarra jien. B’hekk inkunu qed ngħixu modanità li hi bint l-ispirtu tal-ħażen.

Allura l-Papa tenna żewġ kelmiet importanti: għassa bir-reqqa u dixxerniment. Biex ngħassu, il-Knisja tirrakkomanda dejjem l-eżami tal-kuxjenza: X’ġara llum fil-qalb tiegħi? Ġie għandi x-xitan flimkien mal-ħbieb edukati?

Dixxerniment: Minn fejn ġejjin il-kliem, il-kummenti, it-tagħlim, min qed jgħidu dan?

Dixxerniment u għassa bir-reqqa biex nħallux lil dak li jinganna, li jsaħħar, li jaffaxxina, jidħol fina. Nitolbu lill-Mulej biex itina l-grazzja tad-dixxerniment u l-grazzja li nagħrfu ngħassu sewwa, temm jgħid il-Papa Franġisku.

Ħajr lill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.