Papa profetiku u t-Tradizzjoni tat-Tagħlim Soċjali tal-Knisja

Patri Mario Attard OFM Cap

Il-maġisteru tal-Papa Franġisku għandu fih ruħ soċjali. Ruħ li ġejja mit-tagħlim tal-vanġelu li jdawwal id-diversi rejaltajiet soċjali li qed iseħħu fid-dinja tagħna tallum.

Fit-tagħlim soċjali tiegħu Papa Franġisku jikkritika ekonomija li hija msejsa fuq il-materjaliżmu u x-xeħħa. B’urġenza profetika huwa jitħaddet kontra kolonjaliżmu ġdid li jisfrutta x-xogħol imwettaq mill-pajjiżi fqar. Papa Franġisku ma jiddejjaqx isejjaħ il-forma ekonomika dominanti fid-dinja żviluppata bħala “ekonomija li toqtol”. Barra minhekk f’diskors mogħti fil-Bolivja, jiġifieri f’pajjiż taħt it-tmexxija ta’ president soċjalista, il-Papa deher li qed jistieden lill-fqar biex jaħftu l-poter minn idejn l-għonja u jieħdu f’idejhom it-treġija ta’ ħajjithom. Imma dan kollu kif għandna nfissruh? Continue reading Papa profetiku u t-Tradizzjoni tat-Tagħlim Soċjali tal-Knisja

Viva s-sempliċità!

Patri Mario Attard OFM Cap

Fil-ħajja hemm ċerti esperjenzi li ma ninsewhom qatt. Mhux fis-sens negattiv u marradi tas-soċjetà tallum li donnha tagħmel festa jew għaġeb fuq it-tramwiet. It-tramwiet, isimhom magħhom, huwa weġgħat li, bil-mod il-mod, u bil-għajnuna ta’ kulħadd, u fuq kollox tal-Mulej, iridu jibdew jitfejqu. Imma ta’ esperjenzi sbieħ. Ħelwin. Mimlija faraġ u kuraġġ! Continue reading Viva s-sempliċità!

Tgħallimtu bl-esperjenza!

Patri Mario Attard OFM Cap

Twelidt nhar it-28 ta’ Marzu 1515. Din is-sena qegħdin isiru festi kbar madwar id-dinja l-għaliex għalaqt 500 mitt sena!

Imma, għalkemm ġismi ilu li sar ħaġa waħda mat-trab tal-art, l-għaliex trab hu u trab jerġa’ isir, jien għadni ħajja fostkom. Jiena mara li kelli nħabbat wiċċi ma’ diffikultajiet kbar f’ħajti. Imma l-ostakli li kelli negħleb ma kienux le ta slaten, patrijiet, sorijiet, isqifijiet jew papiet. L-akbar ostakolu li kelli nirbaħ kien lili nnifsi stess. Continue reading Tgħallimtu bl-esperjenza!

Erġajt ħxint?!

Patri Mario Attard OFM Cap 

Inkun miexi għall-affari tiegħi f’wieħed mill-kurituri tal-isptar. Xi ġmiel ta’ ġurnata kienet! Ġurnata tar-rebbiegħa Maltija! Xi trid iżjed Patri ħi!

U, f’daqqa waħda, nisma’ tifsira u għajta! X’qatgħa ħadt! Inħsadt! U bħal żwiemel tat-trott li ġieli nbierek il-Marsa, waqaft. U għall-ewwel inġbidt lura. Imma t-tbissima malajr reġgħet ġiet lura fuq fommi. Kien wieħed mit-tobba bravi tagħna li għandna fl-isptar. Tabib kien barrani. Father! You are gaining weight! qalli. Ħeqq! Tħassibt hux! Imma, fil-qalba tal-qalb tiegħi, tgħidx kemm apprezzajt! F’qalbi għedt: “Ara naqra dan il-proxxmu! Kemm ħa interess fija!” Kemm tagħmel kuraġġ hux meta xi ħadd ikun jimpurtak minnek! L-istess ġrali jien! Continue reading Erġajt ħxint?!