Home > Il-Papa Franġisku minn Dar Santa Marta > Il-maħfra ta’ Alla mhix sentenza tal-qorti

Il-maħfra ta’ Alla mhix sentenza tal-qorti


Il-Ġimgħa, 30 ta’ Ottubru 2015. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.

Alla mimli ħniena. Hu ħanin ma’ kull wieħed u waħda minna, iħenn għall-umanità u bagħat lil Ibnu biex ifejjaqha, biex jiġġeneraha mill-ġdid, biex iġeddidha.

 

Dan kien wieħed mill-passaġġi tal-Papa waqt l-omelija li għamel dalgħodu fid-Dar Santa Marta hu u jirrifletti fuq il-ħniena t’Alla. Interessanti, qal Franġisku, li fil-parabbola li lkoll nafu tal-Iben il-Ħali, naraw li meta l-missier, li hu x-xbieha ta’ Alla li jaħfer, jara ‘l ibnu ġej, ġietu ħniena minnu. Il-ħniena t’Alla mhix li jitħassar lil dak li jkun, hi xi ħaġa differenti.

Jien, kompla l-Papa, nista’ nitħassar kelb li qed imut, imma l-kompassjoni ta’ Alla hi ħaġa differenti: Alla jidħol fil-problema, jidħol fis-sitwazzjoni tal-ieħor bil-qalb ta’ missier. Kien għalhekk li Hu bagħat lil Ibnu.

Ġesù kien ifejjaq in-nies imma ma kienx saħħar. Kien ifejjaq biex jagħti sinjal tal-ħniena t’Alla, biex isalva, biex ireġġa’ lura lejn il-maqjel in-nagħġa l-mitlufa, lura fil-portafoll il-flus li tilfet dik il-mara.

Alla hu ħanin. Jagħti qalbu li hi qalb ta’ missier, jagħti qalbu lil kull wieħed u waħda minna. U meta Alla jaħfer, jaħfer bħal missier, u mhux qisu xi impjegat tal-qorti li jaqra s-sentenza u jgħid: ‘Int ħieles għax m’hemmx provi biżżejjed.’ Jaħfrilna minn qalbu, jaħfer għax lill-persuna jżommha f’qalbu. Ġesù, żied jgħid il-Qdusija Tiegħu, intbagħat biex iġib il-bxara t-tajba, biex jeħles lil min iħossu lsir. Ġesù ntbagħat mill-Missier biex jidħol f’kull bniedem u jeħilsu mid-dnubiet, mill-ħażen tiegħu.

Dan hu dak li jagħmel is-saċerdot: iħossu kommoss, jimpenja ruħu fil-ħajja tan-nies għax hu saċerdot, bħalma Ġesù hu saċerdot.

Kemm-il darba – u aħna mbagħad irridu mmorru nqerru – nikkritikaw lis-saċerdoti li ma jinteressahom xejn minn dak li jkun qed jiġri fil-kongregazzjoni tagħhom, ma jħabblux rashom! Dak ma jkunx saċerdot tajjeb! Saċerdot tajjeb iħoss man-nies.

Is-saċerdot tajjeb, kompla l-Papa, hu dak li jħoss tiegħu l-problemi umani kollha.
Imbagħad il-Papa dawwar ħsiebu lejn is-servizz li jagħti lill-Knisja l-Kardinal Javier Lorenzo Barragán, li kien preżenti għall-quddiesa, fl-okkażjoni tas-60 sena saċerdozju tiegħu. Franġisku fakkar bi gratitudni l-impenn ta’ dan il-prelat fid-dekasteru tal-Operaturi Sanitarji għas-servizz li l-Knisja tagħti lill-morda. ‘Inroddu ħajr lill-Mulej,’ qal Franġisku, ‘għal dawn is-60 sena saċerdozju. Illi għex hekk għal 60 sena sħaħ hu rigal li, fil-ħniena tiegħu, Alla ta lill-Kardinal Barragán.’

Ħajr lill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s

%d bloggers like this: