Tgħallimtu bl-esperjenza!

Patri Mario Attard OFM Cap

Twelidt nhar it-28 ta’ Marzu 1515. Din is-sena qegħdin isiru festi kbar madwar id-dinja l-għaliex għalaqt 500 mitt sena!

Imma, għalkemm ġismi ilu li sar ħaġa waħda mat-trab tal-art, l-għaliex trab hu u trab jerġa’ isir, jien għadni ħajja fostkom. Jiena mara li kelli nħabbat wiċċi ma’ diffikultajiet kbar f’ħajti. Imma l-ostakli li kelli negħleb ma kienux le ta slaten, patrijiet, sorijiet, isqifijiet jew papiet. L-akbar ostakolu li kelli nirbaħ kien lili nnifsi stess. Continue reading Tgħallimtu bl-esperjenza!

Erġajt ħxint?!

Patri Mario Attard OFM Cap 

Inkun miexi għall-affari tiegħi f’wieħed mill-kurituri tal-isptar. Xi ġmiel ta’ ġurnata kienet! Ġurnata tar-rebbiegħa Maltija! Xi trid iżjed Patri ħi!

U, f’daqqa waħda, nisma’ tifsira u għajta! X’qatgħa ħadt! Inħsadt! U bħal żwiemel tat-trott li ġieli nbierek il-Marsa, waqaft. U għall-ewwel inġbidt lura. Imma t-tbissima malajr reġgħet ġiet lura fuq fommi. Kien wieħed mit-tobba bravi tagħna li għandna fl-isptar. Tabib kien barrani. Father! You are gaining weight! qalli. Ħeqq! Tħassibt hux! Imma, fil-qalba tal-qalb tiegħi, tgħidx kemm apprezzajt! F’qalbi għedt: “Ara naqra dan il-proxxmu! Kemm ħa interess fija!” Kemm tagħmel kuraġġ hux meta xi ħadd ikun jimpurtak minnek! L-istess ġrali jien! Continue reading Erġajt ħxint?!

L-Insara għandhom jaqraw is-sinjali taż-żminijiet u jinbidlu, filwaqt li jibqgħu fidili lejn il-Vanġelu

Il-Ġimgħa, 23 ta’ Ottubru 2015. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta

Waqt l-omelija li għamel dalgħodu fid-Dar Santa Marta, il-Papa Franġisku qal li ż-żminijiet jagħmlu dak li għandhom jagħmlu, jiġifieri jinbidlu l-ħin kollu, u aħna l-Insara għandna nkunu nixbhuhom bil-libertà u bil-verità tal-fidi. Continue reading L-Insara għandhom jaqraw is-sinjali taż-żminijiet u jinbidlu, filwaqt li jibqgħu fidili lejn il-Vanġelu

Nagħmlu ħilitna kollha biex ninfetħu għall-Ispirtu s-Santu

Il-Ħamis, 22 ta’ Ottubru 2015. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta

Kull sforz tan-Nisrani hu mmirat biex jiftaħ il-bibien ta’ qalbu għall-Ispirtu s-Santu. Hekk afferma l-Papa Franġisku waqt l-omelija li għamel dalgħodu fid-Dar Santa Marta. Għan-Nisrani, il-konverżjoni hi ħidma li ssir kuljum u li tressaqna lejn il-laqgħa ma’ Ġesù.

Continue reading Nagħmlu ħilitna kollha biex ninfetħu għall-Ispirtu s-Santu

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-Kanonizzazzjoni ta’ Louis u Zélie Martin

Il-Ħamis 22 t’Ottubru 2015: L-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-Kanonizzazzjoni ta’ Louis u Zélie Martin, fis-Santwarju ta’ Santa Tereża Birkirkara.

Continue reading L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-Kanonizzazzjoni ta’ Louis u Zélie Martin

Il-Familja – Fedeltà u Mħabba

33. Katekeżi dwar il-Familja mill-Papa Franġisku. 21 t’Ottubru 2015

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Fl-aħħar meditazzjoni rriflettejna fuq il-wegħdiet importanti li l-ġenituri jagħmlu lil uliedhom, sa minn meta huma maħsuba fl-imħabba u mnissla fil-ġuf.

Nistgħu nżidu li, jekk inħarsu iżjed mill-qrib, ir-realtà sħiħa tal-familja hi msejsa fuq il-wegħda – ejjew naħsbu sew f’dan: l-identità tal-familja hi mibnija fuq wegħda –: nistgħu ngħidu li l-familja tgħix bil-wegħda ta’ mħabba u ta’ fedeltà li r-raġel u l-mara jagħmlu lil xulxin. Dan jiġbor fih l-impenn li jilqgħu u jedukaw l-ulied; imma jitwettaq ukoll meta jieħdu ħsieb tal-ġenituri anzjani, jipproteġu u jieħdu ħsieb ta’ l-iżjed membri dgħajfa tal-familja, jgħinu lil xulxin biex joħorġu l-aħjar kwalitajiet f’xulxin u jaċċettaw il-limiti personali tagħhom. Continue reading Il-Familja – Fedeltà u Mħabba

Iż-żewġ imqadef

Iż-żewġ imqadef

Patri Mario Attard OFM Cap

Dan l-aħħar kelli qadja f’uffiċċju. U n-nies ikellmu lin-nies. Mela f’radda ta’ salib qbadt parlata ma’ dan il-proxxmu. Wara tgħidx kemm irringrazzjajtu! X’tagħlima għoġbu jgħallimni! Il-Mulej bih sintendi!

Dan ir-raġel minn tagħna għallimni hekk: “Patri! Fil-ħajja jeħtieġilna żewġ imqadef. Wieħed jismu t-talb. U l-ieħor jismu x-xogħol. Jekk tkun iffukat fuq waħda minnhom biss jiġrilek li tibda’ iddur ċirku tond. Iżda jekk tużahom it-tnejn tassew timxi ‘l quddiem fil-ħajja!” Continue reading Iż-żewġ imqadef