Il-Mulej isaffi l-intenzjoni ta’ kull min jidħol għall-politika u għas-servizz tan-nazzjon

Il-Ħadd 8 ta’ Novembru 2015: l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa Pontifikali fil-Kon-katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fl-okkażjoni ta’ Jum It-Tifkira. Għal din iċ-ċelebrazzjoni attendew l-President ta’ Malta u s-Sur Preca, l-ogħla awtoritajiet tal-Istat u dinjitarji oħra.

Continue reading Il-Mulej isaffi l-intenzjoni ta’ kull min jidħol għall-politika u għas-servizz tan-nazzjon

Jien … Missierek!

Patri Mario Attard OFM Cap

Ibni! Binti! Forsi ma tafniex. Imma jiena kollox naf fuqek (Salm 139:1).

Naf meta tpoġġi bilqiegħdha. U meta tqum (Salm 139:2). Jiena ta’ ġewwa mal-modi ta’ mġieba tiegħek (Salm 139:3). Naf saħansitra sal-inqas xagħra f’rasek (Mattew 10:29-31). Għaliex ġejt maħluq\a fuq xbihati (Ġenesi 1:27). Fija tgħix, timxi u tista’ tkun int (Atti 17:28). Għaliex int wildti (Atti 17:28). Kont nafek qabel ġejt imnissel\imnissla (Ġeremija 1:4-5). Għażiltek meta ħejjejt il-ħolqien (Efesin 1:11-12). Ma kontx xi żball. Jiemek jinsabu miktuba fil-ktieb tiegħi (Salm 139:15-16). Jiena iffissajt iż-żmien eżatt li fih int twelidt u fejn se tgħix (Atti 17:26). Int ġejt maħluq\a b’mod tal-għaġeb (Salm 139:14). Nissiġtek f’ġuf ommok (Salm 139:13). U ħriġtek ‘il barra minn ġuf ommok fil-jum li fih twelidt (Salm 71:6). Continue reading Jien … Missierek!

Ħidma imsejsa fuq il-ħniena tal-vanġelu.

175 sena mit-twaqqif tal-Provinċja tal-Aħwa Minuri Kapuċċini Maltin

Nhar is-27 ta’ Awwissu 2015 il-Provinċja tal-Aħwa Minuri Kapuċċini Maltin għalqet 175 sena mit-twaqqif Kanoniku tagħha. Kien b’riħet Patri Ewġenju minn Rumilli, il-Ministru Ġeneral tal-Ordni Kapuċċin, li b’digriet tas-27 t’Awwissu 1840 għolla l-Kustodja ta’ Malta għall-grad ta’ Provinċja awtonoma fl-Ordni. Continue reading Ħidma imsejsa fuq il-ħniena tal-vanġelu.

Kollox sew?

Patri Mario Attard OFM Cap

Għadni kemm ġej mill-funeral ta’ wieħed mill-Patrijiet Kapuċċini li dejjem laqagħtni għas-sempliċità, il-ferħ u l-karità li dejjem għamel mal-batut. Il-mibki Patri Krispin Tabone OFM Cap.

Patri Krispin kien iħobb isaqsi lil dak li jkun: “Kollox sew?” Il-frażi tfakkarni li Patri Krispin innifsu kien sewwa mal-Kollox. Mal-Kollox li hu s-sewwa! Jiġifieri l-Mulej! Nhar l-Erbgħa 21 t’Ottubru, fi Knisja ippakkjata tas-Salib Imqaddes fil-Furjana, għadd ġmielu ta’ nies ġew biex jagħtu l-aħħar tislima lill-bniedem li ta ħajtu għal Ġesù Kristu kemm fil-missjonijiet, mal-foqra u kif ukoll f’servizz minn qalbu lil ħutu l-Patrijiet bħala Gwardjan u Provinċjal. Continue reading Kollox sew?

Minix xi qaddis/a!

Patri Mario Attard OFM Cap 

“Patri! Minix xi qaddis! Qaddisa!” Inkella “taħsibnix xi qaddis! Qaddisa!” Huma ħafna li jgħiduli hekk. Taħt diversi ċirkustanzi. F’għadd differenti ta’ ambjenti. Kollox sew ħija! Oħti! Nemmnek! U nafda f’dak li qed tgħidli! L-għaliex lanqas jien ma jien xi qaddis. Fija wkoll nagħraf id-dnubiet. In-nuqqasijiet. Id-dgħjufijiet. Mela Patri! Ibqa’ saqajk mal-art u ħalli l-Mulej itellgħek hu u mhux tiddebben fuq il-ponot ta’ subjgħajk! Għax inkella, jekk twebbes rasek u qalbek, jekk titkabbar, tibqa’ ma tidhirx! Tibqa’ daqs naqra! Continue reading Minix xi qaddis/a!