Stqarrija tal-Isqfijiet Maltin dwar il-Valletta Summit


Il-Ħamis 12 ta’ Novembru 2015: Fl-okkażjoni tal-Valletta Summit li qed jiġbor madwar mejda waħda l-mexxejja tal-Unjoni Ewropeja u ta’ pajjiżi tal-kontinent tal-Afrika, aħna l-Isqfijiet nesprimu l-apprezzament tagħna għar-rieda tajba u l-impenn li qed jintwerew sabiex jinstabu soluzzjonijiet konkreti biex tiġi ndirizzata s-sitwazzjoni tal-immigrazzjoni.


F’dawn is-sigħat, pajjiżna qed jgħix il-missjoni nobbli tiegħu li jkun pont bejn iż-żewġ kontinenti u jkun post fejn bħala bnedmin inwarrbu d-differenzi ta’ bejnietna, noħorġu mill-għeluq tat-tiftix esklussiv tal-interessi nazzjonali, u nissaħħu fl-ispirtu ta’ ospitalità u ta’ responsabiltà li għandna. Dan sabiex niggarantixxu u naħdmu favur ir-rispett tad-drittijiet fundamentali ta’ kull persuna umana, speċjalment ta’ dawk li huma l-aktar dgħajfa u vittmi ta’ vjolenza, inġustizzji u faqar.

Aħna nħeġġu lill-komunità Nisranija sabiex issieħeb bit-talb dawn l-inizjattivi li jgħinu sabiex il-pajjiżi konċernati jaslu għall-soluzzjonijiet konkreti misjuqa mill-kuxjenza li lkoll bħala bnedmin għandna oriġini komuni, appartenenza waħda. Kemm-il darba nħossuna u naħdmu bħala familja umana waħda, aktar iseħħilna nsawwru dinja aħjar fejn jiġi milħuq il-ġid ta’ kulħadd.

Aħna bħala Knisja, li tħossha Omm ta’ kulħadd, nitolbu lil Alla sabiex, kif esprima ruħu l-Papa Franġisku, il-pajjiżi “jiftħu qalbhom b’mod ġeneruż, li flok jibżgħu li ħa tinqerdilhom l-identità lokali, isibu l-ħila joħolqu sintesi kulturali ġdida” (Evangelii gaudium, 210).

Illum, 12 ta’ Novembru 2015.

✝ Mario Grech ✝ Charles J. Scicluna
Isqof ta’ Għawdex Arċisqof ta’ Malta

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.