L-isbaħ ħaġa hija Alla, il-bqija kollu għabex


Il-Ġimgħa 13 ta’ Novembru, 2015. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.

Hemm żewġ perikli li jheddu lil dawk li jemmnu: it-tentazzjoni li jiddivinizzaw dak li hu materjali, tad-dinja, u anke li saħansitra jidolizzaw l-imġibiet, qisu kollox se jibqa’ għal dejjem. Iżda l-unika sbuħija eterna li għandna nħarsu lejha hi Alla. Din l-affermazzjoni għamilha l-Papa Franġisku dalgħodu waqt l-omelija fid-Dar Santa Marta.

 

L-akbar sbuħija hi Alla, hekk jgħid is-Salm: ‘Is-smewwiet ixandru s-sbuħija t’Alla.’ Il-problema tal-bniedem hi li spiss jinżel jadura dak li t-tlellix tiegħu hu biss xbieha f’mera – li ġurnata għad jispiċċa – jew li jsir devot ta’ pjaċiri li jtiru mar-riħ aktar faċilment.

Fl-omelija l-Papa ġibed l-attenzjoni dwar iż-żewġ idolatriji li jista’ jaqa’ fihom anke min għandu l-fidi. L-ewwel qari u s-Salm, osserva l-Papa, jitkellmu dwar is-sbuħija tal-ħolqien, imma jisħqu wkoll dwar l-iżball ta’ min f’dawk il-ħwejjeġ sbieħ m’għandux ħila jara aktar lil hinn, jiġifieri t-traxxendenza. Atteġġjament li fih il-Papa Franġisku jara dak li jsejjaħlu idolatrija ta’ dak li jgħaddi. Dawn il-bnedmin jieqfu fis-sbuħija li tidher mingħajr ma jaraw aktar ‘il bogħod.

Dawn jintrabtu ma’ din l-idolatrija: jolqothom l-istagħġib tal-qawwa u l-enerġija personali. Ma jaħsbux kemm hu superjuri dak li għamilhom, li hu l-bidu ta’ kull sbuħija.

Hija idolatrija li tħares lejn l-affarijiet sbieħ, li huma ħafna, mingħajr ma tiftakar li hemm għabex. Anke l-għabex għandu s-sbuħija tiegħu…. Hija idolatrija li torbot qalbek ma’ dak lil hu tad-dinja, mingħajr traxxendenza, u dan hu periklu li lkoll kemm aħna mheddin bih. Nemmnu fl-affarijiet kif narawhom, kważi qishom allat, qishom l-affarijiet tad-dinja m’huma se jintemmu qatt.

L-idolatrija l-oħra hi dik tad-drawwiet li jtarrxu l-qalb. Franġisku ddeskriva dan bi kliem Ġesù li nsibu fil-Vanġelu tal-lum, id-deskrizzjoni tal-irġiel u n-nisa fi żmien Noè jew ta’ Sodoma meta jgħid: kienu jieklu, jixorbu, jiżżewġu mingħajr ma jagħtu kas ta’ xejn aktar, sa żmien id-dilluvju, jew tax-xita tan-nar u l-kubrit, tal-qerda assoluta.

Kollox hu drawwa. Hekk hi l-ħajja jekk ngħixu mingħajr ma naħsbu dwar l-għabex ta’ dan il-mod ta’ ħajja. Din ukoll hi idolatrija: li tkun marbut mad-drawwiet mingħajr ma taħseb dwar dak li għad jintemm.

Il-Knisja tgħinna nħarsu lejn it-tmiem ta’ dawn l-affarijiet. Id-drawwiet ukoll jistgħu jibdew jitqiesu bħala allat: l-idolatrija. Hekk hi l-ħajja, u aħna nibqgħu għaddejjin hekk…. u s-sbuħija tinbidel fi sbuħija oħra, id-drawwiet tagħna jispiċċaw fl-eternità, fi ‘drawwa’ oħra….. imma fejn hemm Alla!

Inħarsu lejn is-sbuħija li ma tintemmx, ħeġġeġ il-Papa, inżommu ħarsitna dejjem aktar lil hinn, lejn id-drawwa finali, lejn l-uniku Alla li jinsab lil hinn, lejn it-tmiem ta’ kull ma hu maħluq kif tgħallimna l-Knisja f’dawn il-jiem li jtemmu s-sena liturġika, biex ma ntennux l-iżball fatali li nħarsu lura, kif ġara lill-mara ta’ Lot. Dan nagħmluh biċ-ċertezza li l-ħajja hi sabiħa imma l-għabex se jkun sabiħ xorta waħda.

Aħna li nemmnu, aħna nies li ma ndurux lura, ma nċedux. Imma aħna nies li dejjem mexjin ‘il quddiem. Dejjem mexjin ‘il quddiem f’dil-ħajja u nħarsu lejn is-sbuħija u lejn id-drawwiet li lkoll għandna mingħajr ma niddivinizzawhom – dawn għad jintemmu anke jekk ikunu affarijiet żgħar – biex nibqgħu ngħixu fl-innu etern, fil-kontemplazzjoni tal-glorja t’Alla.

Ħajr lill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.