Kollox sew?

Patri Mario Attard OFM Cap

Għadni kemm ġej mill-funeral ta’ wieħed mill-Patrijiet Kapuċċini li dejjem laqagħtni għas-sempliċità, il-ferħ u l-karità li dejjem għamel mal-batut. Il-mibki Patri Krispin Tabone OFM Cap.

Patri Krispin kien iħobb isaqsi lil dak li jkun: “Kollox sew?” Il-frażi tfakkarni li Patri Krispin innifsu kien sewwa mal-Kollox. Mal-Kollox li hu s-sewwa! Jiġifieri l-Mulej! Nhar l-Erbgħa 21 t’Ottubru, fi Knisja ippakkjata tas-Salib Imqaddes fil-Furjana, għadd ġmielu ta’ nies ġew biex jagħtu l-aħħar tislima lill-bniedem li ta ħajtu għal Ġesù Kristu kemm fil-missjonijiet, mal-foqra u kif ukoll f’servizz minn qalbu lil ħutu l-Patrijiet bħala Gwardjan u Provinċjal. Continue reading Kollox sew?

Minix xi qaddis/a!

Patri Mario Attard OFM Cap 

“Patri! Minix xi qaddis! Qaddisa!” Inkella “taħsibnix xi qaddis! Qaddisa!” Huma ħafna li jgħiduli hekk. Taħt diversi ċirkustanzi. F’għadd differenti ta’ ambjenti. Kollox sew ħija! Oħti! Nemmnek! U nafda f’dak li qed tgħidli! L-għaliex lanqas jien ma jien xi qaddis. Fija wkoll nagħraf id-dnubiet. In-nuqqasijiet. Id-dgħjufijiet. Mela Patri! Ibqa’ saqajk mal-art u ħalli l-Mulej itellgħek hu u mhux tiddebben fuq il-ponot ta’ subjgħajk! Għax inkella, jekk twebbes rasek u qalbek, jekk titkabbar, tibqa’ ma tidhirx! Tibqa’ daqs naqra! Continue reading Minix xi qaddis/a!

Lectio Divina minn Monsinjur Arċisqof Charles Scicluna

Il-Ġimgħa, 06 ta’ Nov 2015, fil-Kurja fil-Floriana, Monsinjur Arċisqof Charles Scicluna mexxa Lectio Divina b’silta mill-ewwel kapitlu tal-Evanġelju skont San Ġwann. Din kienet it-tieni waħda f’sensiela ta’ 32 waħda, kollha b’tema marbuta mal-Ġublew tal-Ħniena. Il-laqgħat li huma organizzati mis-Segretarjat għal-Lajci qed ikunu rekordjati u trasmessi dirett mill-Media Centre. Wara jkunu disponibbli kollha fuq il-Laikos.

Inservu mhux ninqdew b’ħaddieħor

Il-Ġimgħa, 6 ta’ Novembru 2015. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta

Hemm saċerdoti u isqfijiet moħħhom biex iżidu l-prestiġju u mwaħħlin mal-flus, li minflok iservu, jinqdew bil-Knisja u jagħmluha tidher ‘negozjanta’ u ‘bierda’ għax jgħixu l-pożizzjoni tagħhom fil-kumdità u mingħajr onestà.

Continue reading Inservu mhux ninqdew b’ħaddieħor

In-Nisrani jinkludi, ma jagħlaqx il-bibien, filwaqt li l-Fariżew jeskludi

Il-Ħamis 5 ta’ Novembru, 2015. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta

In-Nisrani jinkludi, ma jagħlaq il-bibien lil ħadd anke jekk dan jipprovoka r-reżistenza. Min jeskludi, għax jaħseb li hu aħjar, joħloq il-konflitti u l-firda u jum wieħed għad irid jagħti kont ta’ għemilu quddiem it-tribunal ta’ Alla – kliem il-Papa Franġisku waqt l-omelija li għamel dalgħodu fil-kappella tad-Dar Santa Marta.

Continue reading In-Nisrani jinkludi, ma jagħlaqx il-bibien, filwaqt li l-Fariżew jeskludi

Il-Familja. Aħfer il-ħtijiet

34. Katekeżi dwar il-Familja mill-Papa Franġisku. 4 ta’ Novembru 2015

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

L-Assemblea tas-Sinodu ta’ l-Isqfijiet, li għalqet ftit ilu, irriflettiet fit-tul fuq il-vokazzjoni u l-missjoni tal-familja fil-ħajja tal-Knisja u tas-soċjetà ta’ żmienna. Kienet ġrajja ta’ grazzja. Fit-tmiem tagħha l-Padri Sinodali għaddewli t-test tal-konklużjonijiet tagħhom. Ridt li dan it-test jiġi ppubblikat, biex kulħadd iħossu qed jieħu sehem fil-ħidma li ratna impenjati flimkien għal sentejn sħaħ. M’huwiex issa l-waqt li niflu dawn il-konklużjonijiet, li fuqhom jien stess għad irrid nimmedita. Continue reading Il-Familja. Aħfer il-ħtijiet