Nittoppja l-card!

Patri Mario Attard OFM Cap

Bye bye sena 2015! Bil-ferħat u n-niket tiegħek! Għalkemm ma tantx bdejniek u spiċċajniek tajjeb. Mhux biżżejjed li bdejniek bit-tixrid ta’ barmil demm f’Pariġi? Kellna nispiċċawk b’banju sħiħ fl-istess belt! Insomma! Issa mitt u ndfint biex qatt aktar ma terġa’ tqum jekk mhux għall-istoriċi. Continue reading Nittoppja l-card!

Il-Milied tal-Ġublew tal-Ħniena

3. Katekeżi dwar il-Ħniena mill-Papa Franġisku. 30 ta’ Diċembru 2015.

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

F’dawn il-jiem tal-Milied għandna quddiemna lil Ġesù Bambin. Jien ċert li fid-djar tagħna ħafna familji għadhom jagħmlu l-presepju, biex ikomplu din it-tradizzjoni sabiħa li tmur lura għal San Franġisk ta’ Assisi u li żżomm ħaj fi qlubna l-misteru ta’ Alla li sar bniedem.

Continue reading Il-Milied tal-Ġublew tal-Ħniena

A sound teacher for family life

Fr Mario Attard OFM Cap

Today, two days after the Christmas solemnity, the Church jubilantly celebrates family life by presenting to us the Family of Jesus, Mary and Joseph.

In his Angelus address of last year on the Feast of the Holy Family Pope Francis said that “the Child Jesus with his Mother Mary and with Saint Joseph are the icon of the family, simple yet illuminating. The light they radiate is a light of mercy and salvation for the whole world, a light of truth for every man, for the human family and for individual families”. But how is this so? Continue reading A sound teacher for family life

It-tħaddina  

 

Kull Milied nogħxa nħares lejn din l-istampa. Stampa li hija meħuda minn xena ta’ Film li għadu jissemma sallum. Avolja inħadem fl-1977. Qiegħed nirreferi għall-film kolossali Jesus of Nazareth.

Ix-xena ġrat fl-għar. Jew fl-istalla tal-annimali. L-għaliex għal kulħadd kien hemm post fil-lukanda. Għajr għalih! Li kollox tiegħu! Dak li kollox ħareġ mill-idejn setgħana u mimlija mħabba tiegħu. Għax din waħda minnhom ħbieb! Waħda minn dawk ta’ ħawwadni ħa nifhmek! Continue reading It-tħaddina  

L-Isqfijiet jawguraw lill-pubbliku fl-okkażjoni ta’ żmien il-Milied

Il-Ħadd 27 ta’ Diċembru 2015: fl-okkażjoni tal-festi ta’ żmien il-Milied u l-bidu tas-Sena l-Ġdida, l-Arċisqof Charles J. Scicluna, l-Arċisqof Emeritu Mons. Pawlu Cremona O.P. u l-Vigarju Ġenerali Mons. Joe Galea Curmi, laqgħu lil kull min xtaq iżurhom għal bdil tal-awguri tal-istaġun. Waqt il-bdil tal-awguri, l-Arċisqof wassal il-messaġġ tiegħu lil dawk preżenti u lil dawk li kienu qed isegwu permezz tal-mezzi ta’ komunikazzjoni soċjali.

Continue reading L-Isqfijiet jawguraw lill-pubbliku fl-okkażjoni ta’ żmien il-Milied

Ftuħ tal-Bieb tal-Ħniena fis-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa

Il-Ħadd 27 ta’ Diċembru 2015: Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna mexxa ċ-ċelebrazzjoni tal-Ftuħ tal-Bieb tal-Ħniena fis-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa. L-Arċisqof iċċelebra Quddiesa fil-Knisja Arċipretali, u wara sar pellegrinaġġ qasir lejn is-Santwarju fejn Monsinjur Arċisqof fetaħ il-Bieb tal-Ħniena. Continue reading Ftuħ tal-Bieb tal-Ħniena fis-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa

Online u offline  

 

Patri Mario Attard OFM Cap

Qiegħdin ngħixu f’era tal-komunikazzjoni soċjali. Era fejn, jekk ma tkunx computer literate, jaf ikollok problemi mhux żgħar. Għaliex illum ħafna servizzi qiegħdin online. Issibhom fis-suq kbir u mifrux tal-erbat irjieħ tad-dinja tagħna. Illum minn fuq l-internet tista’ tixtri, tbiegħ u tiddeverti. U din l-attività kollha issir online! Continue reading Online u offline