Is-Sinjali tal-Ġublew

2. Katekeżi dwar il-Ħniena mill-Papa Franġisku. 16 ta’ Diċembru 2015.

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Il-Ħadd li għadda nfetaħ il-Bieb Imqaddes fil-Katidral ta’ Ruma, il-Bażilika ta’ San Ġwann Lateran, u nfetaħ il-Bieb tal-Ħniena fil-Katidral ta’ kull djoċesi tad-dinja, anki fis-santwarji u fil-knejjes indikati mill-isqfijiet. Il-Ġublew hu fid-dinja kollha, mhux biss f’Ruma. Xtaqt li dan is-sinjal tal-Bieb Imqaddes ikun preżenti f’kull Knisja partikulari, biex il-Ġublew tal-Ħniena jista’ jsir esperjenza li kull persuna tista’ tgħix.

Continue reading “Is-Sinjali tal-Ġublew”