Welcoming others means welcoming God in person!

Fr Mario Attard OFM Cap

This is in a nutshell the core message for the World Day of Migrants and Refugees 2016, written by Pope Francis, for this special event which was celebrated throughout the Universal Church last Sunday on January 17.

Within the context of the Extraordinary Jubilee of Mercy this year’s celebration of the World Day of Migrants and Refugees necessarily has a special, if not, a compelling significance. As the Bull of Indiction for the Extraordinary Jubilee righty explains, “at times we are called to gaze even more attentively on mercy so that we may become a more effective sign of the Father’s action in our lives” (Misericordiae Vultus, 3). By welcoming the migrants and refugees we are witnessing to God’s Fatherly love that “is meant to reach out to each and every person”. If we have been experiencing God’s tenderly embrace ever since we were conceived in our mother’s womb who are we not to “become so many other open arms and embraces, enabling every person to feel loved like a child and ‘at home’ as part of the one human family”? Continue reading Welcoming others means welcoming God in person!

Ħniena u Missjoni

1. Katekeżi mill-Papa Franġisku waqt l-Udjenzi Straordinarji tal-Ġublew tal-Ħniena. 30 ta’ Jannar 2016.

Għeżież ħuti,

Jum wara l-ieħor deħlin fil-qalba tas-Sena Mqaddsa tal-Ħniena. Bil-grazzja tiegħu, il-Mulej imexxi l-passi tagħna aħna u ngħaddu mill-Bieb Imqaddes u jiġi jiltaqa’ magħna biex jibqa’ dejjem magħna, minkejja n-nuqqasijiet u l-inkoerenza tagħna.

Continue reading Ħniena u Missjoni

Giuseppe Moscati

Patri Mario Attard OFM Cap

Fil-ħajja ġieli jiġrulna ħwejjeġ li lanqas aħna stess ma nkunu kapaċi nfissruhom. Dan l-aħħar ingħatatli l-grazzja li ninżel fil-fond fil-ħajja ta’ xi ħadd li, bħali, qatta’ biċċa kbira minn ħajtu mal-morda fl-isptar. U dan ix-xi ħadd m’hu ħadd għajr it-tabib qaddis San Giuseppe Moscati.

Giuseppe Moscati (1880-1927), kien tabib, professur tal-mediċina u pijunier fil-qasam il-bijokemistrija. M’huwiex daqshekk komuni li professjonist, ġej minn università sekulari moderna, jiġi iddikjarat qaddis. Imma kemm hija xi ħaġa mill-isbaħ meta xjentist ta’ fama internazzjonali jispiċċa interċessur kbir għall-mirakli li jseħħu. Continue reading Giuseppe Moscati

Id-dgħufija ġġegħilna nidinbu, imma qatt m’għandna nsiru korrotti

Il-Ġimgħa 29 ta’ Jannar, 2016. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta

Nitolbu ‘l Alla biex id-dgħufija li minħabba fiha nidinbu ma tinbidilx f’korruzzjoni. Dan hu suġġett li l-Papa Franġisku tkellem dwaru bosta drabi u dalgħodu kien is-suġġett tar-riflessjoni tiegħu waqt l-omelija fid-Dar Santa Marta.

Continue reading Id-dgħufija ġġegħilna nidinbu, imma qatt m’għandna nsiru korrotti

Kesaħ!

Patri Mario Attard OFM Cap 

“Kesaħ!” Hekk ngħidu meta, bħal dan iż-żmien, ifettlilna noħorġu barra u ma jkollniex biżżejjed ħwejjeġ li jħarsuna mill-kesħa fina li qed tagħmel. Mela iġri ‘l ġewwa sieħbi għall-irdoss!

Kesaħ! L-għaliex mhux suppost li għandu jkun kiesaħ. Almenu hekk nistħajlu f’moħħna. It-temp għandu wieħed li joġgħobna. U mhux igerrixxna. Ħallieha li hawn min jippreferilek temp kiesaħ. “Għax l-hena tiegħi hi li noqgħod id-dar nara xi DVD sabiħ!” jgħidlek. Avolja l-mara tkun trid toħroġ naqra. Insomma, gosti! Continue reading Kesaħ!

Tiratur ta’ klassi kbira

 Patri Mario Attard OFM Cap

Hekk nafu lil għażiż ħabib u prim kuġin tal-għażiż Missieri, Joe Attard. Joe jibqa’ immarkat ħafna f’qalbi mhux biss l-għaliex huwa demmi imma wkoll minħabba t-tagħlim kbir li tani f’ħajtu. U, fuq kollox, fil-passaġġ tiegħu għall-ħajja ta’ dejjem.

Ħaġa mill-isbaħ li taffaxxinani f’Joe hija l-pożittività tiegħu. Meta niftakar fih mill-ewwel jitla’ f’moħħi u f’qalbi dak li kien jgħid il-player Amerikan tal-baseball Wade Boggs: “Attitudni pożittiva tikkawża rejazzjoni katina għall-ħsibijiet pożittivi, ġrajjiet u konsegwenzi. Hija katalista u tikkawża riżultati straodinarji”. Continue reading Tiratur ta’ klassi kbira