Nixtieq spjegazjoni ta’ dawn il versi li huma mehudin mil bibbja .Grazzi
[1Kor:14:34] Bħalma jsir fil-Knisja kollha tal-qaddisin, in-nisa għandhom iżommu s-skiet fil-laqgħa; ma għandhomx permess jitkellmu imma joqogħdu suġġetti, bħalma tgħid ukoll il-Liġi.[1Kor:14:35] Jekk ikunu jridu jitgħallmu xi ħaġa, jistaqsu lil żwieġhom id-dar; ma jixraqx li mara titkellem fil-ġemgħa tal-Knisja]
TWEĠIBA minn Dun Pawl Sciberras
Ghalhekk San Pawl ma kienx ihalli li n-nisa jitkellmu fl-Assemblea tal-komunitajiet tieghu. A little knowledge is a dangerous thing!
Meta kien hemm nisa li kienu istruwiti u jifilhu jgorru r-responsabbilta’ tat-tmexxija, allura kien San Pawl innifsu li ghamilhom mexxejja, bhalma kienet Lidja fil-komunita’ ta’ Filippi. Ara ftit b’liema qima isellem lill-hafna nisa li jsemmi fil-kapitlu 16 tal-Ittra lir-Rumani, li keinet komunita’ li lanqas biss waqqaf hu!
