Nibdew bil-barka

Patri Mario Attard OFM Cap

L-arloġġ qaleb! Is-sena l-ġdida bdiet! Merħba bik 2016! Is-Sena t-Tajba! Għaddiet sena u ġiet oħra! Ommi Mà kemm jgħaddi ż-żmien!

Ma kull sena li tibda’ kulħadd jiġri għat-tazza tax-xorb. Ħa jifraħ! Ħa jagħti merħba kbira minn qalbu lis-sena l-ġdida li tkun għadha kemm fetħet għajnejha! Mhux li kien li din is-sena tkun bil-wisq aħjar milli kienet is-sena l-oħra! Mela ħa niċċelebraw! Ejja nieħdu grokk flimkien! Grokk sabiħ! Ilaqqa’ u jferraħ lin-nies flimkien. Isaħħaħhom fl-ispirtu ta’ ħbiberija ta’ bejniethom. Biss l-akoħol waħdu ma tantx jista’ jasal fil-bogħod. Jinħtieġlu xi ħaġa oħra biex jaħdem kif għandu jaħdem mingħajr, sintendi, ma jkisser lill-persuni li xorbuh biex jifirħu. Qabel xejn l-alkoħol jinħtieġlu jsib is-sodda mifruxa tal-paċi fil-qalb. Fil-moħħ. U, fuq kollox, fir-ruħ! Continue reading Nibdew bil-barka