Il-Papa Franġisku minn Dar Santa Marta

It-tgħanniqa mimlija mħabba ta’ Alla ssikket l-akkuża tad-dnub


Il-Ġimgħa 8 ta’ Jannar, 2016. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta

Mhux l-imħabba kollha ġejja minn Alla, imma Alla hu l-veru mħabba. Dan kien il-ħsieb ewlieni tal-omelija li għamel dalgħodu l-Papa Franġisku fil-kappella tad-Dar Santa Marta.

 

Imħabba, kompassjoni: il-bniedem u Alla jifhmu dawn iż-żewġ kunċetti b’mod differenti ħafna minn xulxin. Fl-ewwel ittra tiegħu, l-Appostlu Ġwanni jagħmel riflessjoni twila dwar iż-żewġ kmandamenti prinċipali tal-ħajja tal-fidi: l-imħabba t’Alla u l-imħabba tal-proxxmu.

L-imħabba fiha nfisha hi sabiħa – li tħobb hu sabiħ – iżda l-imħabba sinċiera tissaħħaħ u tikber daqs kemm wieħed lest li jagħti minn ħajtu, qal Franġisku.

Il-kelma ‘mħabba’ tintuża ħafna imma spiss ma nafux sew it-tifsira tagħha. X’inhi l-imħabba? Xi drabi naħsbu fl-imħabba tat-telenovelas, imma dik mhix imħabba, qal il-Papa. L-imħabba tista’ tidher bħala entużjażmu lejn xi persuna oħra… imma din tintefa. Allura minn fejn tiġi l-imħabba vera?, staqsa l-Papa. Kull min iħobb kien iġġenerat minn Alla, għax Alla huwa mħabba.

Ġwanni jiġbed l-attenzjoni fuq karatteristika tal-imħabba t’Alla: Alla huwa l-ewwel li jħobb. Prova ta’ dan hi x-xena tal-Vanġelu tat-tkattir tal-ħobż, li ttina l-liturġija: Ġesù jħares lejn il-folla u jitħassarhom. Din mhix l-istess ħaġa bħal meta ngħidu li ‘ħassu mnikket’, għax l-imħabba ta’ Ġesù lejn il-bnedmin li jkunu madwaru ġġiegħlu jsofri magħhom, jitwaħħad mal-ħajja tal-persuni. Alla jħobb qabel ma jħobb il-bniedem. Għandna ħafna eżempji ta’ dan: Żakkew, Nantanjel, l-Iben il-Ħali.

Meta jkollna xi ħaġa f’qalbna u jkollna għalfejn nitolbu maħfra lill-Mulej, ikun Hu li jkun qed jistenniena biex jaħfrilna. Dis-Sena tal-Ħniena hi xi ftit jew wisq dan ukoll: li aħna nsiru nafu li l-Mulej qiegħed jistenniena, lil kull wieħed u waħda minna. Għaliex? Biex iħaddanna. Xejn aktar. Biex jgħidilna: ‘Ibni, inħobbok. Ħallejthom isallbu lil Ibni għalik: dan hu l-prezz tal-imħabba tiegħi.’ Dan hu r-rigal tal-imħabba.

Il-Mulej qiegħed jistennieni, irid li jien niftaħlu l-bieb ta’ qalbi. Aħna, insista l-Papa, irid ikollna fina dejjem din iċ-ċertezza. U jekk jitqanqal fina l-iskruplu li aħna m’aħniex denji tal-imħabba t’Alla, ikun aħjar għalina għax Hu qed jistenniena, hekk, kif aħna, mhux kif ifassallek ħajtek ħaddieħor.

Immorru għand il-Mulej, spiċċa jgħid il-Qdusija Tiegħu Franġisku, u ngħidulu: ‘Inti taf li jiena nħobbok.’ Jew jekk ma nħossux li għandna ngħidulu hekk, nistgħu ngħidu: ‘Inti taf Mulej li nixtieq inħobbok ħafna, imma jien midneb kbir, midinba kbira.’ U Hu jagħmel l-istess bħalma għamel mal-iben il-ħali li kien ħela ġidu fix-xalar. Lanqas iħallik tispiċċa kliemek għax isikktek b’tgħanniqa – it-tgħanniqa tal-imħabba t’Alla.

Ħajr lill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s