Digriet dwar l-allegati fenomeni mistiċi


Is-Sibt 9 ta’ Jannar 2016: Digriet dwar l-allegati fenomeni mistiċi marbuta mas-Sur Anġelik Caruana u Borġ in-Nadur

Matul dawn l-aħħar snin kienu diversi l-fidili Nsara li talbu lill-Awtoritajiet Ekkleżjastiċi jesprimu l-parir definittiv talKnisja dwar l-allegati dehriet, l-allegati messaġġi, u l-allegati fenomeni mistiċi oħra marbuta mal-persuna tas-Sur Anġelik Caruana, u marbuta wkoll, fost l-oħrajn, mal-lokalità magħrufa bħala Borġ in-Nadur u mar-residenza privata tal-istess Anġelik Caruana, it-tnejn fil-limiti territorjali tal-Parroċċa ta’ San Pietru fil-Ktajjen, Birżebbuġa, f’din l-Arċidjoċesi ta’ Malta.

Wara li sar stħarriġ bir-reqqa taċ-cirkustanzi kollha tal-każ, liema stħarriġ ġie ordnat mill-Predeċessur tiegħi, l-Arċisqof Emeritu Mons. Pawl Cremona O.P.;
Wara li ġew ikkonsultati diversi esperti f’oqsma differenti tax-xjenzi naturali u soċjali, tat-teoloġija spiritwali u talMarjoloġija;
Wara li nstemgħu diversi xhieda u sar konfront mal-istess Anġelik Caruana;
Wara li ġew ikkunsidrati l-kriterji u n-normi promulgati mis-Santa Sede dwar id-dixxerniment ta’ preżunti dehriet u rivelazzjonijiet;
Wara li kkonsultajt il-Kulleġġ tal-Konsulturi;
Wara li ħadt il-parir tal-Isqof ta’ Għawdex, Mons. Mario Grech;

BL-AWTORITÀ PASTORALI TIEGĦI NIDDEKRETA LI F’DAN IL-KAŻ IL-ĠUDIZZJU TAL-KNISJA HUWA LI L-IMSEMMIJA ALLEGATI DEHRIET, ALLEGATI MESSAĠĠI,
U ALLEGATI FENOMENI MISTIĊI OĦRA
MHUMIEX ĠEJJIN MINN ALLA U GĦALHEKK M’GĦANDHOMX ORIĠINI SOPRANATURALI:
(CONSTAT DE NON SUPERNATURALITATE).

Għaldaqstant:
– nordna lill-Presbiteri, lir-Reliġjużi Rġiel u Nisa, lill-Katekisti u lill-Insara Fidili kollha biex ma jippromovux, blebda
mod, l-imsemmija allegati dehriet, allegati messaġġi, u allegati fenomeni mistiċi oħrajn;
– inħeġġeġ lill-Komunità Nisranija f’Malta biex tkompli tippromwovi l-vera devozzjoni lejn l-Ewkaristija, lejn ilVergni
Mbierka Marija, u lejn il-Qaddisin skond il-Liturġija Uffiċjali tal-Knisja – speċjalment il-Quddiesa u l-Liturġija tas-Sigħat – u skond it-Talb Devozzjonali approvat minnha, b’mod speċjali d-Devozzjoni tal-Via Sagra u r-reċita tar-Rużarju Mqaddes;
– infakkar fit-tagħlim ċar tal-Iskrittura Mqaddsa u tal-Knisja kif miġbur fi kliem il-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika [nn. 65-67] :
* Kristu, l-Iben ta’ Alla magħmul bniedem, hu l-Kelma Waħda u perfetta tal-Missier. Kelma li ma jistax ikun hemm oħra aqwa minnha. Fih, fi Kristu, il-Missier qal kollox, u mhux se jkun hemm Kelma oħra barra minnha.
* “Il-Patt il-Ġdid hu definittiv u għal dejjem, għalhekk iż-żmien tal-ekonomija nisranija qatt ma hu se jgħaddi, u m’għandniex nistennew ebda rivelazzjoni pubblika ġdida f’dan iż-żmien qabel id-dehra glorjuża ta’ Sidna Ġesù Kristu” (Konċ. Vatikan II, Dei Verbum, 4). Iżda, għalkemm ir-Rivelazzjoni ntemmet, għad ma ħarigx beraħ għal kollox kull ma fiha; hi l-fidi nisranija li trid tifhem u tara, bil-mod il-mod tul iż-żminijiet, kull ma fiha r-Rivelazzjoni.

* Tul iż-żminijiet kien hemm rivelazzjonijiet, hekk imsejħa “privati” u xi wħud minnhom ġew magħrufa mill-awtorità tal-Knisja, (per eżempju Lourdes [1858]; Fatima [1917]), iżda dawn m’humiex parti middepożitu tal-fidi. L-għan tagħhom mhux li “jtejbu” r-Rivelazzjoni definittiva ta’ Kristu, jew li din issir “sħiħa” permezz tagħhom f’xi żmien tal-istorja tal-bniedem.

* Il-fidili, immexxijin mill-Maġisteru tal-Knisja, jafu jagħżlu, bis-sens tagħhom, u jilqgħu dak li f’dawn irrivelazzjonijiet [privati] ikun sejħa vera ta’ Kristu jew tal-Qaddisin tiegħu lill-Knisja.

* Il-fidi nisranija ma tistax taċċetta xi “rivelazzjonijiet” [privati] li jippretendu jgħaddu jew jikkoreġu r-Rivelazzjoni [pubblika] li tagħha l-qofol hu Kristu

Maħruġ mill-Kurja Arċiveskovili ta’ Malta, illum 6 ta’ Jannar 2016

Charles Jude Scicluna
Arċisqof ta’ Malta
(Mons) Lawrence Gatt Kaċillier

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.